Arkivji mensili: April 2021

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5, 17-26
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu. Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

“Il-martri se jkunu dejjem magħna, aħna x’għażla ser nagħmlu?” – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Martin I

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawn il-ġranet qegħdin naqraw siltiet minn djalogu li sar billejl bejn Ġesù u Nikodemu. Nikodemu kien wieħed mill-għorrief tal-Liġi u nsibuh ukoll fil-Passjoni ta’ Ġesù, għax flimkien ma’ Ġużeppi ta’ Arimatija jmur għand Pilatu u jitolbu l-ġisem ta’ Ġesù. Nikodemu stess iġib fwejjaħ li jiswew ħafna flus. L-ammont li ġab Nikodemu għad-difna ta’ Ġesù kien l-ammont li jintuża għar-rejiet. Imma f’dan il-mument, fit-tielet kapitlu ta’ San Ġwann, l-Evanġelista jirrakontalna dan id-djalogu, li jikkonċentra fuq il-magħmudija… Kompli aqra »

Id-donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza u l-Caritas

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tinnota b’dispjaċir l‑istqarrija tal‑kumpanija GO iktar kmieni llum, fejn intqal li l‑ammont ta’ donazzjonijiet irrappurtati miġbura permezz ta’ maratoni televiżivi ġie rivedut ’l isfel b’€1.4 miljun. Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi, Michael Pace Ross, qal li kważi nofs dan it‑tnaqqis, ekwivalenti għal €654,000, se jaffettwa l‑pjanijiet tad‑Dar tal‑Providenza u l‑Caritas, b’impatt dirett fuq il‑ħidma matul din is‑sena ta’ dawn iż‑żewġ istituzzjonijiet ta’ karità tal‑Knisja.

F’laqgħa mal‑Kap Eżekuttiv tal‑GO s‑Sur Nikhil Patil, is‑Sur Pace Ross esprima d‑diżappunt tal‑Arċidjoċesi u qal li dan ma kienx il‑livell ta’ servizz li l‑Arċidjoċesi tistenna mill‑kumpanija GO… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 13 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 32-37
Salm: 92 (93), 1ab.1c-2.5

L-Evanġelju: Ġw 3, 7b-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu”. “Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu… Kompli aqra »

Nitwieldu mill-ġdid – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Bil-Malti għandna qawl li jgħid: “Min jitwieled tond ma jmutx kwadru”. Qisna rridu nfissru li l-bniedem ma jinbidilx, li l-forma li tieħu fit-twelid jew meta tkun għadek żgħir ħafna – il-forma fil-karattru – tibqa’ hemm ħajtek kollha. Huwa veru li l-bniedem jiġi ffurmat mill-bidu, anzi mill-ġuf jiġi ffurmat, u ċerti karatteristiċi ta’ meta nkunu għadna żgħar nibqgħu bihom tul is-snin. Imma l-kelma ta’ Ġesù llum tgħidilna li l-bniedem jista’ jinbidel, jista’ jiġġedded… Kompli aqra »

Il-Papa: “Wara li rċevejna l-ħniena, ejjew nuru ħniena”

The risen Jesus appeared to the disciples on several occasions. He patiently soothed their troubled hearts. Risen himself, he now brings about “the resurrection of the disciples”. He raises their spirits and their lives are changed. Earlier, the Lord’s words and his example had failed to change them. Now, at Easter, something new happens, and it happens in the light of mercy. Jesus raises them up with mercy… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju ta-jum: 12 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 23-31
Salm: 2, 1-3.4-6.7-9

L-Evanġelju: Ġw 3, 1-8

Kien hemm fost il-Fariżej raġel jismu Nikodemu, wieħed mill-kbarat tal-Lhud. Dan ġie għand Ġesù billejl u qallu: “Rabbi, aħna nafu li inti Mgħallem mibgħut minn Alla; għax ħadd ma jista’ jagħmel is-sinjali li qiegħed tagħmel int jekk ma jkunx Alla miegħu”. Ġesù wieġbu: “Tassew tassew ngħidlek li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ġdid, ma jistax jara s-Saltna ta’ Alla”… Kompli aqra »