L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka: l-offerta tagħna hi f’bieqja mxaqqgħa; mix-xquq jiddi d-dawl tal-ħniena tal-Mulej
01/04/2021 Il-Katidral ta' San Pawl, l-ImdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Bagħatni ndewwi l-qalb miksura” (Iż 61:1). Dan il-kliem tal-Profeta Iżaija jseħħ illum aħna u nisimgħu għaliex qegħdin inkomplu l-missjoni ta’ Ġesù. Il-jum ta’ Ġesù huwa dejjem magħna. Din il-kitba tal-Profeta Iżaija, li Ġesù jaddotta bħala kitba programmatika għalih, issir ukoll il-programm tal-ħidma tagħna u tal-preżenza tagħna fost il-poplu.
“Bagħatni ndewwi l-qalb miksura”. Aħna nafu li l-ħajja tlaqqagħna ma’ tant qlub li huma maqsuma u mhux biss miksura, anke fostna, forsi minħabba kelma żejda ta’ xi ħadd minna… Kompli aqra »