L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju
03/05/2021Qari tal-jum
San Filippu u San Ġakbu, Appostli – Festa
L-Ewwel Qari: 1Kor 15,1-8
Salm: 18, 2-5
L-Evanġelju: Ġw 14, 6-14
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”
Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? … Kompli aqra »