Fidi li nistqarruha bla biża’ – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa għall-familji, bil-preżentazzjoni ta’ tfal li twieldu fl-aħħar sentejn
22/06/2021 Il-Kolleġġjata ta' San Ġorġ, Ħal QormiL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Nixtieqkom taħsbu ftit kieku San Ġorġ kellu jagħtina llum hawnhekk il-messaġġ l-aktar importanti għal dawk kollha li huma preżenti, u għal din il-komunità. Naħseb li kieku kellu jiġi hawn, jieħu gost f’din il-knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi, Arċipretali, u jieħu gost bin-nies li jħobbu l-knisja u li jippreparawlu knisja daqshekk sabiħa għall-festa tiegħu. Imma fl-istess waqt, San Ġorġ, filwaqt li jieħu gost b’dak li hu sabiħ, lilna jħeġġiġna biex dejjem naħsbu f’dak li hu l-aktar imporanti fil-ħajja tagħna… Kompli aqra »