Arkivji mensili: Ġunju 2021

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 8, 1-9
Salm: 145 (146), 1b-2. 5-6.7.8-9a

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

Inkissru ċ-ċiklu ta’ mibegħda – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Faċli fil-ħajja nirraġunaw, kif semma Ġesù hawnhekk fl-Evanġelju, “għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Kważi tiġi naturali li meta nirċievu azzjoni ħażina, irridu npattu b’azzjoni ħażina. Ġesù kien jaf li n-nies kienu midħla ta’ dan, għalhekk jgħidilhom: “Smajtu xi ntqal…”

Imma li kultant ninsew, anke meta nitkellmu fuq dan, hu li fit-Testment il-Qadim “għajn b’għajn u sinna b’sinna” ma kinitx tfisser: jekk xi ħadd għamillek azzjoni ħażina, qis li tpattihielu b’azzjoni ħażina… Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna żar is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm fi Gwardamanġa fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Iż-żjara bdiet fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn l-Arċisqof iltaqa’ mad-donaturi tad-demm u mal-ħaddiema, u kompliet fil-laboratorji fejn isir il-proċess li tgħaddi minnu kull borża demm qabel ma tingħata lill-pazjenti.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof stieden lil kull min hu f’saħħtu sabiex imur jagħti d-demm li qal hija għotja konkreta ta’ mħabba… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Niskopru l-preżenza tal-Mulej fil-ħajja tagħna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Il-parabboli li ttina l-liturġija tal-lum – żewġ parabboli – huma mnebbħin mill-ħajja ta’ kuljum u juru kemm il-ħarsa ta’ Ġesù hi attenta fuqna, Hu li josserva r-realtà permezz ta’ xbihat żgħar mill-ħajja ta’ kuljum, jiftaħ it-twieqi fuq il-misteru ta’ Alla u fuq il-ġrajja umana.  Ġesù kien jitkellem b’mod li faċli tifhmu, kien jitkellem bit-tixbihat tar-realtà, tal-ħajja ta’ kuljum.  B’hekk jgħallimna li wkoll il-ġrajjiet tal-ħajja ta’ kuljum, li ximindaqqiet jidhru kollha l-istess u li aħna ngħixuhom b’distrazzjoni jew inqisuhom piż, huma mgħammrin mill-preżenza moħbija ta’ Alla, jiġifieri għandhom tifsira.  Allura aħna wkoll jeħtieġ li jkollna għajnejna miftuħa ħalli nkunu nistgħu “nfittxu u nsibu lil Alla f’kull ħaġa”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 6, 1-10
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Mt 5, 38-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar… Kompli aqra »

Il-valur tal-ordinarju – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ma nafx jekk qatt rajtux żerriegħa tal-mustarda. Hi żerriegħa tassew żgħira. Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, li hi: “l-iċken fost iż-żrieragħ kollha tal-art”. Għalhekk jolqotna l-fatt li Ġesù jxebbah is-Saltna ta’ Alla ma’ żerriegħa, u b’mod partikulari ma’ żerriegħa tal-mustarda.  Meta nisimgħu l-kelma ‘saltna’, l-ewwel ma jiġi f’moħħna hi xi ħaġa kbira, imma Ġesù jgħid li s-Saltna ta’ Alla tixbah lill-iktar ħaġa żgħira, li bil-mod il-mod tikber u tiżviluppa… Kompli aqra »

Il-bżonn li nitgħallmu nistennew liż-żerriegħa tikber – L-Arċisqof

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

San Mark jipprova jispjegalna għaliex Ġesù, meta kien jitkellem, juża t-tixbihat, il-parabboli. Hu jgħid li kien jagħmel hekk biex ikunu jistgħu jifhmuh. L-eżempji li Ġesù juża waqt li qiegħed jitkellem mal-bdiewa ġejjin proprju minn dik id-dinja: taż-żera’ tal-ħsad. Kemm-il-darba jitkellem fuq in-nagħaġ, fuq is-siġar, u fuq l-ambjent ta’ madwarna. L-għajn ta’ Ġesù kienet tosserva ħafna u hekk jagħmel illum biex jagħtina żewġ lezzjonijiet importanti ħafna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 13 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Ġunju

Il-Ħdax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 17, 22-24
Salm: 91(92), 2-3,13-14,15-16
It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 6-10

L-Evanġelju: Mk 4, 26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kotra tan-nies: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula… Kompli aqra »