Nagħmlu għażliet li jkunu ta’ legalità, ġustizzja u integrità – L-Arċisqof f’Jum il-Pulizija
Quddiesa f'Jum il-Pulizija
12/07/2021 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Din is-silta mill-kapitlu 10 ta’ San Mattew miktuba f’kuntest speċjali ħafna: il-kuntest meta l-komunità Nisranija kienet għaddejja minn persekuzzjoni l-iżjed ħarxa. It-twemmin f’Ġesù kien qed jifred il-familji, iwassal għall-mewt, joħloq inkwiet u kultant ukoll kunflitt. Il-kelma ta’ Ġesù tiġi mfakkra f’dan il-kuntest, kuntest ta’ għażla li mhix dejjem faċli. Bħal min irid jagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin.
M’ilux kont qed naqra ktieb ‘Dying to live’ ta’ Danielle Vella, li jġib rakkonti ta’ diversi refuġjati u migranti… Kompli aqra »