Ġesù għandu l-qawwa jfejjaqna u jsalvana – L-Arċisqof
03/08/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fir-rakkont li jagħtina San Mattew ta’ dan il-mument meta Ġesù jiltaqa’ ma sħabu fuq il-baħar, jidħol ukoll il-persunaġġ ta’ Pietru. Pietru donnu jagħmel sfida ħelwa lil Ġesù: “Jekk hu int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma”, “Ejja” (Mt 14:28-29).
Dik il-kelma hi kelma li Pietru semagħha: “Ejja warajja”. Din id-darba Ġesù jilqa’ l-isfida ħelwa ta’ Pietru u jagħtih l-istess qawwa tiegħu: li jimxi fuq l-ilma… Kompli aqra »