Arkivji mensili: Settembru 2021

Is-servizz tal-Awtorità tax-Xandir jgħin il-kapaċità kritika tal-poplu tagħna – l-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tas-60 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorità tax-Xandir

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-oriġini tal-Awtorità tax-Xandir hu antik minn mill-kriterji tagħna. Fl-1935 kien hemm l-ewwel bidu ta’ awtorità li tipprova tikkontribwixxi għal ċerta armonija fis-servizz tax-xandir. Imma fl-1961 ingħata bidu għal din l-awtorità li għadha magħna sal-lum, li fl-Indipendenza, fl-1964, ħadet ir-rwol kostituzzjonali. Kienet għażla tal-Istat Malti li din l-awtorità tkun impoġġija proprju bħala parti mill-qafas tal-istituzzjonijiet essenzjali tal-pajjiż. Intom u tiċċelebraw sittin sena, nixtieq noffri ftit riflessjonijiet fis-sitwazzjonijiet li qed ngħixu llum… Kompli aqra »

Messaġġiera speċjali – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-kelma ‘anġlu’ ġejja mill-kelma Griega ‘angelos’ li tfisser messaġġier. Fl-Iskrittura, l-anġli huma l-messaġġiera ta’ Alla, u t-tlieta li jissemmew b’isimhom – li aħna nsejħu arkanġli – huma proprju dawk li qed nagħmlu l-festa tagħhom illum: Mikiel, Gabrijel u Rafel. F’isimhom stess – fit-tifsira ta’ isimhom – hemm miġbura l-missjoni li Alla tahom.

Mikiel, ismu jfisser: min hu bħal Alla? … Kompli aqra »

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi – 1 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-qawwa tal-grazzja għandha twassal għal opri tal-ħniena

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja tagħna biex nifhmu aħjar it-tagħlim ta’ San Pawl, illum se niltaqgħu ma’ tema diffiċli imma importanti, dik tal-ġustifikazzjoni. X’inhi l-ġustifikazzjoni? Aħna, minn midinba, sirna ġusti. Min għamilna ġusti? Dan il-proċess ta’ bidla huwa l-ġustifikazzjoni. Aħna, quddiem Alla, aħna ġusti. Huwa minnu, għandna d-dnubiet personali tagħna, imma fl-aħħar mill-aħħar aħna ġusti. Din hi l-ġustifikazzjoni. Ġie diskuss ħafna fuq dan l-argument, biex tinstab l-aktar interpretazzjoni li taqbel mal-ħsieb tal-Appostlu u, kif jiġri ta’ spiss, kien hemm ukoll pożizzjonijiet kontra xulxin… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12
Salm: 18 (19), 8.9.10.11

L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Daniel 7, 9-10.13-14 jew Apok 12, 7-12a
Salm: 137, 1-5

L-Evanġelju: Ġw 1, 47-51

F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

L-iskejjel tal-Knisja jilqgħu lura l-istudenti u l-edukaturi kollha

Bidu tas-sena skolastika 2021-2022

Madwar 17,000 student u 3,000 edukatur qed jerġgħu lura fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika l-ġdida. Il-55 skola tal-Knisja f’Malta u Għawdex f’dawn il-jiem qed jilqgħu fiżikament lill‑istudenti u l‑edukaturi kollha f’konformità mal‑linji gwida tal‑pandemija. Dan seta’ jsir bil‑ħidma li saret mill‑iskejjel u li kompliet matul ix‑xhur tas‑sajf, kif ukoll bil‑għajnuna finanzjarja mill‑Istat.

Is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija qal li minkejja l‑isfidi li ġabet magħha l‑pandemija, fosthom fil‑qasam edukattiv, l‑iskejjel tal‑Knisja qed iħarsu b’ottimiżmu lejn din is‑sena skolastika għaliex tfisser ritorn gradwali lejn normalità ġdida għall-istudenti u l-edukaturi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Settembru, 9:30am