Arkivji mensili: Settembru 2021

Il-Papa fl-Angelus: Il-fejqan tal-qalb jibda mis-smigħ

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jippreżentalna lil Ġesù jfejjaq persuna truxa u muta.  Fir-rakkont jolqtok il-mod kif il-Mulej jagħmel dan is-sinjal tal-għaġeb.  U jagħmlu hekk: jiġbed lir-raġel trux u mutu ‘l barra mill-folla, idaħħallu sebgħu f’widnejh u bir-riq imisslu lsienu, imbagħad jerfa’ ħarstu lejn is-sema, jitniehed u jgħid: “Effata”, jiġifieri “Infetaħ” (cfr Mk 7, 33-34).  Meta għamel fejqan ieħor għal mard serju daqs dak, bħalma huma l-paraliżi u l-lebbra, Ġesù ma jagħmilx l-istess ammont ta’ ġesti.  Għaliex qed jagħmel dan kollu issa, minkejja li kulma talbuh kien biex iqiegħed idejh fuq il-marid? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1, 24 – 2, 3
Salm: 61 (62), 6-7.9

L-Evanġelju: Lq 6, 6-11

F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh.

Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs!”… Kompli aqra »

Widnejna u fommna fil-ħsieb ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-23 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb ħadd minna hawnhekk f’din il-knisja ma jiftakar il-ġurnata tal-magħmudija, għax ħafna minna konna żgħar, u ħafna minn dawn li qed isegwuna wkoll. Imma ġieli attendejna ċelebrazzjoni tal-magħmudija. Fost ir-riti differenti fiċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija, hemm  mument minnhom meta l-qassis iqiegħed idu fuq il-widnejn u l-fomm tat-tarbija – xi ħaġa li f’dan iż-żmien tal-pandemija ma nistgħux nagħmluha, minħabba l-miżuri għalissa, imma r-rit normali hu hekk – u jgħid hekk: “Sidna Ġesù, li ta s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin, jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx ma tkun tista’ tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha, u tistqarr bil-fomm il-fidi tiegħek biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier.” Dan hu l-kliem li jgħid il-qassis f’dal-mument tal-magħmudija… Kompli aqra »

Marija Bambina hi l-isbaħ innu favur il-ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-100 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Bambina

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dan l-innu hekk sabiħ u sinifikattiv ta’ mitt sena ilu illum, miktub mill-Poeta Nazzjonali Dun
Karm Psaila, li dis-sena f’Ottubru nfakkru l-150 sena mit-twelid tiegħu, u mmużikat mis-
Surmast Ġużeppi Caruana, għadu jqajjem emozzjonijiet kbar mitt sena wara fost il-poplu tal-
Isla. Bir-raġun, għax l-inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina, Sultana tal-Vittorji – ġrajja
importanti għall-Isla u għall-Knisja f’Malta – hija mnaqqxa fil-memorja tal-poplu… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 5 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Settembru

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35:4-7a
Salm: 145(146):7,8-9a,9bċ,10
It-Tieni Qari: Ġak 2:1-5

L-Evanġelju: Mk 7:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu… Kompli aqra »

Bħal drapp li jintiseġ mill-kelma tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Fil-ħajja ta’ Ġesù, insibuh diversi drabi f’polemika mal-Fariżej u l-kittieba tagħhom.  Tal-lum hija waħda minnhom, meta ġew jilmentaw għaliex id-dixxipli ta’ Ġesù ma kinux f’kollox bħad-dixxipli l-oħra ta’ Ġwanni, jagħmlu bħalhom, imma kienu qishom qed igawdu l-ħajja, “jieklu u jixorbu”; dejjem ovvjament jagħmlu affarijiet tajbin, imma jgawdu l-ħajja. Ħaduha bi kbira minħabba f’hekk.

Nixtieq nieħu t-tieni parti tal-Evanġelju, meta Ġesù jgħid li “ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima”… Kompli aqra »

“Kull Pass Jgħodd” – 265 kilometru b’risq Fondazzjoni Sebħ

25 voluntiera se jimxu l-Camino de Santiago b'risq Fondazzjoni Sebħ

Għadd ta’ voluntiera mill-grupp Caminiamo l-ġimgħa d-dieħla se jagħmlu l-Pellegrinaġġ ta’ San Ġakbu magħruf bħala l-Camino de Santiago fi Spanja. Id-donazzjonijiet miġbura se jmorru b’risq l-entità tal-Knisja Fondazzjoni Sebħ, biex tkun tista’ tiftaħ ċentru terapewtiku f’Santa Venera li se jgħin lit-tfal, l-adolexxenti u n-nisa li joqgħodu f’waħda mir-residenzi tal-fondazzjoni.

Il-motto tal-pellegrinaġġ ta’ din is-sena hu ‘Kull Pass Jgħodd’ b’riferiment għall-mixja nnifisha kif ukoll għal kull pass żgħir ’il quddiem li jsir waqt it-terapija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 4 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »