Arkivji mensili: Settembru 2021

Qalb li tilqa’ – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm ċirkustanzi fil-missjoni ta’ Ġesù li ġabulu swied ta’ qalb. Din tal-lum hi waħda minnhom, meta ntebaħ li d-dixxipli kienu qed jitkellmu, fi kliem l-Evanġelju skont San Luqa, dwar min kien l-akbar fosthom: “inqalgħet kwestjoni …dwar min kien l-akbar fosthom”.

Kienet ta’ swied il-qalb għax kienet tmur kontra dak li għallem Ġesù lilhom u dak li wriehom bil-ħajja tiegħu… Kompli aqra »

L-Arċisqof Litwan Gintaras Grušas hu l-president il-ġdid tas-CCEE

Il-Viċi Presidenti huma l-Kardinal Hollerich u l-Isqof Nemet

Archbishop Gintaras Grušas of Vilnius, President of the Lithuanian Bishops’ Conference, is the new President of the Council of European Bishops’ Conferences (CCEE). He was elected by the Presidents of the Bishops’ Conferences of Europe, gathered together in Rome for their Plenary Assembly.
H.E. Monsignor Gintaras Grušas, 60, takes over as president from Italian Cardinal Angelo Bagnasco, who led CCEE from 2016 to 2021.

The two new Vice Presidents were also elected: Cardinal Jean-Claude Hollerich, Archbishop of Luxembourg, and H.E… Kompli aqra »

Jum il-Migranti u r-Refuġjati: Il-Papa jsejjaħ għal ‘dinja iktar inklussiva’

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-liturġija tal-lum jirrakkuntalna djalogu qasir bejn Ġesù u l-Appostlu Ġwanni, li kien qed jitkellem f’isem il-grupp kollu tad-dixxipli.  Huma raw raġel li kien qed ikeċċi x-xjaten f’isem il-Mulej, imma ma ħallewhx ikompli għax ma kienx jifforma parti mill-grupp tagħhom.  F’dal punt, Ġesù jistedinhom biex ma jfixklux li min ikun qed jagħmel it-tajjeb, għax dan ikun qed jimpenja ruħu biex jitwettaq il-proġett ta’ Alla (cfr Mk 9, 38-41).  Imbagħad iwiddeb: minflok ma nikklassifikaw il-bnedmin tajbin u ħżiena, is-sejħa tagħna lkoll hi li nishru fuq qlubna ħalli ma jiġrilniex li naqgħu fil-ħażen u nkunu skandlu għall-oħrajn (cfr vv… Kompli aqra »

Magħna jew kontrina – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati

  Il-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan, f’Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna l-Maltin – imma naħseb li mhux biss il-Maltin – għandna kultant it-tendenza li nagħmlu bħalma smajna llum fl-Evanġelju: nifirdu n-nies ‘magħna’ u ‘mhux magħna’.  Smajna fl-Evanġelju llum lil Ġwanni jgħid lil Ġesù: kien hemm raġel li ridna nżommuh għax mhux magħna u mhux wieħed minn tagħna.

Kultant jiġrilna hekk: li nifirdu n-nies ‘magħna’ u ‘mhux magħna’. Kultant, aktar minn hekk: ‘magħna’ u ‘kontrina’… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 8, 1-8
Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23

L-Evanġelju: Lq 9, 46-50

F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 26 ta’ Settembru, 9:30am

Jum il-Migranti u r-Refuġjati

  Il-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 11:25-29
Salm: 18(19):8,10,12-13,14
It-Tieni Qari: Ġak 5:1-6

L-Evanġelju: Mk 9:38-43,45,47-48

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi… Kompli aqra »

Tweġiba li ġejja mill-qalb – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Aħna mdorrijin li nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù u fiha naraw dak li jgħallimna għall-ħajja tagħna u li jurina kif għandna ngħixu l-ħajja tagħna. Imma hemm mumenti fl-Evanġelju fejn Ġesù jistaqsi, jagħmel hu l-mistoqsijiet. Kien hemm min ġabar dawn il-mistoqsijiet li għamel Ġesù – hemm iktar minn mija. U donnu mindu kien żgħir kien jagħmel dan, għax fl-Evanġelju skont San Luqa, fit-tieni kapitlu, hemm dak ir-rakkont meta Ġesù baqa’ fit-tempju, u marru Marija u Ġużeppi jfittxuh, u l-Evanġelju jgħid li sabuh fost l-għalliema, “jismagħhom u jistaqsihom” (Lq 2:46)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 25 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

https://youtu.be/xxrpxp_oTZM Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »