L-Isqof ta’ Tripli jżur id-Dar tal-Providenza
18/09/2021Nhar it-Tlieta 14 ta’ Settembru 2021, l-Isqof ta’ Tripli, Mons. George Bugeja OFM għamel żjara lid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Hu kkonċelebra quddiesa fil-kappella tad-Dar flimkien mad-Direttur tad-Dar Dun Martin Micallef, u d-Direttur Spiritwali Fr Trevor Fairclough, fil-preżenza ta’ numru ta’ residenti, ħaddiema u volontiera dejjem b’rispett lejn il-miżuri kontra l-COVID-19 kif mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Wara, l-Isqof Bugeja kellu l-opportunità jara d-diversi servizzi li toffri d-Dar fosthom is-servizzi tal-akwaterapija, il-kmamar multisensorjali, iċ-Ċentru Agrikolu u iċ-Ċentru SPRED, fost oħrajn… Kompli aqra »