Il-Papa fl-Angelus f’Budapest: Jalla s-Salib jorbot il-passat mal-futur tiegħek
12/09/2021Għeżież ħuti,
Il-kelma Ewkaristija tfisser “azzjoni ta’ grazzja” u fi tmiem din iċ-ċelebrazzjoni, li qed tagħlaq il-Kungress Ewkaristiku u ż-żjara tiegħi f’Budapest, irrid ngħid grazzi minn qalbi. Grazzi lill-familja nisranija kbira Ungeriża li nixtieq inħaddanha bir-riti tagħha, bl-istorja tagħha f’ħutna kattoliċi u ta’ Konfessjonijiet oħra, ilkoll f’mixja lejn l-għaqda sħiħa. F’das-sens irrid insellem minn qalbi lill-Patrijarka Bartilmew, Ħija, li onorana bil-preżenza tiegħu. Grazzi partikolarment li maħbubin ħuti isqfijiet, lis-saċerdoti, lill-persuni konsagrati rġiel u nisa, u lilkom ilkoll, għeżież fidili! Ringrazzjament kbir lil kull min ħawtel biex iseħħ dal-Kungress Ewkaristiku u għal dil-ġurnata… Kompli aqra »