Arkivji mensili: Ottubru 2021

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ottubru

L-Ewwel Qari: Rum 7, 18-25a
Salm: 118 (119), 66.68.76.77.93.94

L-Evanġelju: Lq 12, 54-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? … Kompli aqra »

Il-prezz li nħallsu biex nimxu wara Ġesù – L‑Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

M’aħniex imdorrijin nisimgħu lil Ġesù jitkellem iebes bħalma nsibuh fl-Evanġelju tal-lum. Dan għaliex anke t-tislima tiegħu bħala l-Irxoxt hija “il-paċi magħkom” u fl-Evanġelju ta’ San Ġwann kemm-il darba jgħidilna “nagħtikom il-paċi tiegħi”. Din aħna nfakkruha f’kull quddiesa. Minn hawn u ftit ieħor se ngħidlkom “il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom, agħtu l-paċi lil xulxin”. Anke għaliex infakkru li din il-paċi, li fil-liturġija ngħidulha ‘sliem’ jew ‘paċi’, għandna żewġ kelmiet, hija verament don kbir ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-libertà titwettaq fil-karità

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-jiem qed nitkellmu fuq il-libertà tal-fidi, aħna u nisimgħu l-Ittra lill-Galatin. Imma ġieni f’moħħi dak li Ġesù qal fuq l-ispontanjetà u l-libertà tat-tfal, meta dan it-tifel bil-libertà kollha resaq lejja u qagħad idur qisu qiegħed id-dar… U Ġesù jgħidilna: “Intom ukoll, jekk ma tagħmlux bħat-tfal iż-żgħar, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet”. Il-kuraġġ li nersqu lejn il-Mulej, li nkunu miftuħin għall-Mulej, li ma nibżgħux mill-Mulej: jiena nirringrazzjah lil dan it-tifel tal-lezzjoni li ta lilna lkoll… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 19-23
Salm: Salm 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 12, 49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”… Kompli aqra »

L-involviment taż-żgħażagħ akbar fil-komunità milli fil-politika

Riċerka mid-DISCERN dwar xejriet fost iż-żgħażagħ

Stħarriġ li sar juri li ż‑żgħażagħ għandhom iktar probabiltà li jinvolvu ruħhom fuq livell ta’ komunità milli fil‑politika. L‑interess tagħhom fil‑politika jonqos aktar ma jikbru fl‑età. Irriżulta wkoll li t‑tfajliet iħarsu lejn l‑impenn fil‑komunità b’mod pożittiv u jipparteċipaw f’inizjattivi u attivitajiet komunitarji aktar mill‑ġuvintur.

Ir‑riċerka saret minn DISCERN, l‑istitut għar‑riċerka dwar is‑sinjali taż‑żminijiet, fost 498 żagħżugħ u żagħżugħa bejn is‑16 u l‑25 sena… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Ottubru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 12-18
Salm: 123 (124), 1-3.4-6.7-8

L-Evanġelju: Lq 12, 39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”… Kompli aqra »

Tajjeb li nixxenqu għall-ġenna imma nibdewha minn hawn – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadu jidwi f’moħħna u qalbna l-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu għall-kotra” (Mk 10:45).

Din ix-xbieha Ġesù ma japplikahiex biss għall-ħajja tiegħu fostna, ma japplikax biss għall-ħajja tagħna bejnietna. Fil-ħasil tar-riġlejn, ewl il-lejl qabel ma bata, hu wera lid-dixxipli l-istil ta’ kif jgħixu flimkien u qalilhom: “Jiena li jiena l-Imgħallem u s-sid għamiltilkom hekk; għamlu hekk lil xulxin” (Ġw 13:14)… Kompli aqra »