Jgħajjat il-ġebel – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa fil-150 anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Bażilika tal-Mosta
15/10/2021 Il-Bażilika Arċipretali ta' Santa Marija Mtellgħa s-Sema, il-MostaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel” (Lq 19:40). Dan kien il-kliem li qal Ġesù lil xi wħud mill-folla dakinhar li kien riekeb il-felu fid-daħla trijonfali tiegħu f’Ġerusalemm. In-nies bdew ifaħħru lil Alla b’għajjat ta’ ferħ u b’leħen għoli, u xi wħud mill-Fariżej qalu lil Ġesù: “Mgħallem sikkithom lid-dixxipli tiegħek”. Imma Ġesù weġibhom: “Ngħidilkom li jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel”.
Knisja monumentali
Illum, infakkru l-150 anniversarju tal-konsagrazzjoni ta’ din il-knisja mill-Isqof Gaetano Pace Forno, il-knisja li issa hi bażilka minuri… Kompli aqra »