Arkivji mensili: Diċembru 2021

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18a
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: Fil 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 3:10-18

F’dak iż-żmien, in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?”. U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess”. Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?”… Kompli aqra »

Żewġ sorijiet ġodda fil-festa tal-Kunċizzjoni

  IL-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann

Fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni żewġ sorijiet, Sr Anne Marie Mifsud u Sr Matlene Hatalan Falzon, għamlu l-professjoni perpetwa fil-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù.

Sr Matlene Hatalan Falzon hi membru tal-istaff tal-iskola St Francis Secondary, Tas-Sliema, u inqas minn xahar ilu Sr Anne Marie Mifsud iggradwat bħala infermiera. Il-professjoni tagħhom saret waqt quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann.

II-kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù kellha l-bidu taghha fir-Rabat Għawdex, fl-4 ta’ Jannar 1874, u llum hija mifruxa f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja… Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (5)

Il-ħames riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Joseph Galea-Curmi fuq it-tema Ġużeppina ‘Protettur u Reżiljenti’. L-Isqof Galea-Curmi jaqsam ħsibijietu dwar id-dixxerniment u kif fid-dawl tal-Ispirtu, aħna nagħrfu dak li Alla jixtieq minna li hu dejjem l-aħjar għalina. Il-proċess tad-dixxerniment iwassal għall-“iva” tagħa b’azzjoni u determinazzjoni.

Dawn ir-riflessjonijiet huma parti minn sensiela ta’ filmati, li tħejjew minn Behold, li hu proġett ta’ Pastorali Bibblika u Liturġika fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni, għal tmiem is-Sena Ġużeppina 2020-2021… Kompli aqra »

Wirja u rkant ta’ xogħlijiet tal-arti b’risq id-Dar tal-Providenza

  Il-Parlament, il-Belt Valletta

Wara waqfa ta’ sentejn, fl‑intrata tal‑Parlament ta’ Malta fil‑Belt Valletta, id‑Dar tal‑Providenza qed ittella’ wirja ta’ 106 biċċa xogħol tal‑arti mogħtija minn 84 artisti Maltin u barranin. Dawn ix‑xogħlijiet se jiġu rkantati online b’risq id‑Dar fl‑1 ta’ Jannar li ġej bħala parti mill‑Festa ta’ Ġenerożità.

Din il‑wirja, li se tibqa’ għaddejja sas‑26 ta’ Diċembru, hi miftuħa għall‑pubbliku bejn id‑9am u l‑5pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa u bejn id‑9am u n‑nofsiegħa s‑Sibt u l‑Ħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 48, 1-4.9-11
Salm: 79 (80), 2aċ u 3b. 15-16. 18-19

L-Evanġelju: Mt 17, 10-13

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”. Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom… Kompli aqra »

It-tberik tat-trabi fil-ġuf

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sant'Anna, Wied il-Għajn

Il-Ħadd 12 ta’ Diċmebru se jsir it-tberik tat-trabi fil-ġuf fil-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn.

Il-quddiesa u l-barka fuq l-omm u t-tarbija fil-ġuf se jsiru fl-10.30am, bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li hi l-protettriċi tal-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom.

Għal din il-quddiesa u barka huma mistednin l-ommiijiet li welldu biex jirringrazzjaw lil Alla.

Sors: Newsbook Malta Kompli aqra »

Riflessjonijiet dwar San Ġużepp mill-Isqfijiet (4)

Ir-raba’ riflessjoni dwar Patris Corde tal-Papa Franġisku hi mill-Arċisqof Charles Scicluna fuq it-tema Ġużeppina ‘Bniedem Realista u Fidil’. L-Arċisqof Scicluna jaqsam magħna ħsibijietu dwar San Ġużepp li ma jibżax, anke jekk ħafna drabi kellu jitħabat ma’ futur inċert. Għaliex aħna tant inkunu maħkuma mill-biża’? X’jikkawża l-ansjetà fil-bniedem? San Ġużepp hu bniedem li minkejja ħafna kriżijiet, kellu l-kuraġġ jaċċetta l-għajnuna u l-wens ta’ Alla… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Leħen il-ħabib hu l-leħen ta’ Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tajjeb nieqfu ftit fuq l-aħħar frażi li jgħid Ġesù llum: “L-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess” (Mt 11:19). Ħafna drabi Ġesù jinsisti: “jekk ma temmnux dak li ngħidilkom, araw dak li nagħmel”. Kieku jkollna ngħidu hekk, aħna! Lil min jgħidilna: “u inti tparla fil-vojt!”. Araw dak li nagħmel u tifhem dak li ngħid.

Ħaġa sabiħa dik li l-kliem tagħna jaqbel mal-ħajja tagħna għax dan li qed jgħid Ġesù: inti tara l-opri ta’ jdejn Alla u tifhem min hu, kemm iħobbna, kemm hu għaref, kemm hu kbir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Loreto
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 48, 17-19
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Mt 11, 16-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”. Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”… Kompli aqra »