Arkivji mensili: Diċembru 2021

Niżirgħu żrieragħ li jagħtu l-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Article by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

“We reap what we sow”. This proverb reminds us that our present actions will inevitably have future consequences.

The recent discussion on the cannabis legislation has reminded us of this saying. It is not only true for the four plants that are now allowed to be cultivated at home, but also for the whole legislation which will definitely have an effect on future generations… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 19 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Isptar Mater Dei, l-Imsida

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mik 5:1-4a
Salm: 79(80):2aċ,3b,15-16,18-19
It-Tieni Qari: Lhud 10:5-10

L-Evanġelju: Lq 1:39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 23, 5-8
Salm: 71 (72), 2.12-13.18-19

L-Evanġelju: Mt 1, 18-24

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.

Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Ismijiet li għandhom tifsira kbira – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta naqraw dawn l-ismijiet, forsi jiġina f’moħħna: kellu għalfejn San Mattew, fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu, jagħtina din il-lista ta’ ismijiet, li għalina ħafna minnhom huma strambi? Jista’ jkun ukoll li ħafna minnhom għalina ma jfissru xejn, għalkemm il-parti l-kbira ta’ dawn l-ismijiet qegħdin fit-Testment il-Qadim. Imma hemm skop għaliex San Mattew fil-bidu tal-Evanġelju tiegħu jġib din il-ġenealoġija, l-arblu tar-razza ta’ Ġesù. Hemm skop, u n-nies fost il-poplu Lhudi li kienu qed jaqraw l-Evanġelju – għax San Mattew kiteb għalihom – setgħu jifhmu t-tifsira ta’ dawn il-persuni li jissemmew hawnhekk… Kompli aqra »

Festa oħra ta’ Ġenerożità mad-Dar tal-Providenza fl-Ewwel ta’ Jannar

Il-25 edizzjoni ta’ Festa ta’ Ġenerożità

Id-Dar tal-Providenza se ttella’ s-26 edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ta’ kull sena ssir fl-1 ta’ Jannar biex jinġabru fondi ħalli d-Dar tas-Siġġiewi tkun tista’ tkompli bil-ħidma tagħha kif ukoll issaħħaħha.

Biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd, it-trasmissjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità se terġa’ ssir fl-istudios ta’ We f’Ħal Qormi. L-istudios se jkunu aċċessibbli biss għal dawk li se jwieġbu t-telefonati u l-VIPs mistiedna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 49, 2.8-10
Salm: 71 (72),1- 2.3-4ab.7-8.17

L-Evanġelju: Mt 1, 1-17

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham. Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram, Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaż nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan… Kompli aqra »

800 ikla fil-Milied għal min hu waħdu u fil-bżonn

Il-Caritas tipprovdi l-ikliet fid-djar minħabba l-pandemija

(xellug) Anthony Gatt minn Caritas Malta, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina u Julian Sammut mill-Fondazzjoni Alf. Mizzi

Il-Caritas flimkien mal-Fondazzjoni Alf. Mizzi għaddejjin bit-tħejjijiet biex nhar il-Milied filgħodu jitqassmu mat-800 ikla lill-persuni fil-bżonn.

F’konferenza tal-aħbarijiet minn waħda mill-kċejjen tar-ristoranti mmexxija mill-fondazzjoni, id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt qal li din is-sena wkoll se jitqassmu l-ikliet fid-djar minħabba l-pandemija. Dan ser isir flok l-ikla tradizzjonali f’Jum il-Milied li s-soltu ssir fil-Kurja tal-Arċisqof… Kompli aqra »

Żomm idejk miftuħa għall-faqar ta’ min hu għatxan għall-ħniena t’Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Louis bħala prepostu arċipriet tal-Parroċċa ta' Birkirkara

  Il-Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dakinhar jgħidu lil Ġerusalemm: “Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu: il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok… minħabba fik jithenna b’hena kbira, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fik f’għajjat ta’ ferħ, bħallikieku f’jum ta’ festa” (Sof 3:16-18). Għażiż Monsinjur Louis, Prepostu ġdid ta’ din il-parroċċa għażiża, wassal dan il-messaġġ lil poplu għażiż ta’ Birkirkara: “Tibżax, tħallix idejk jintelqu: il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok” (Sof 3:16-17)… Kompli aqra »