Yearly Archives: 2021

L-Università Gregorjana ttejjeb il-programm tal-ħarsien tal-minuri

The Pontifical Gregorian University in Rome has for many years been at the forefront in providing highly specialized formation and resources in the effort to promote and strengthen the Church’s commitment to eradicate the sexual abuse of minors and vulnerable people.

Founded in 2012 as part of the University’s Institute of Psychology, the Centre for Child Protection (CCP) provides top-class and universally acclaimed lectures, activities, seminars, and courses focusing on prevention, intervention, safeguarding, care, and healing of victim-survivors… Kompli aqra »

“Il-libertà tassew hi ta’ min jagħżel it-tajjeb” – L-Arċisqof

Quddiesa ta' ringrazzjament mal-Iscouts u l-Girl Guides

  Il-Knisja tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Niftakru li fir-rakkont tal-Milied, l-anġli jidhru lil grupp ta’ ragħajja. Ir-ragħajja kienu meqjusa bħala kategorija emarġinati, mhumiex rispettati, anzi mistmerra,imma l-messaġġ ta’ ferħ li tweldilna salvatur jingħad l-ewwel lilhom. Ġwanni l-Evanġelista, meta jindika min hu Ġesù, isejjaħlu ‘ħaruf’. “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja” (Ġw 1:29).

Ġesù, f’din is-silta li għadna kemm smajna minn kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, isejjaħ lilu nnifsu bħala ragħaj… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8

L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam… Kompli aqra »

Fiduċja, tiġdid, qadi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fl-anniversarju tat-350 sena mill-kanonizzazzjoni ta' San Gejtanu

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Gejtanu, il-Ħamrun

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħa nimmaġinaw ftit li qegħdin fis-7 ta’ Awwissu, mhux hawnhekk imma l-Arġentina, il-post minn fejn ġie l-Papa. U fil-periferija tal-kapitali tal-Arġentina, Buenos Aires, hemm kju twil ħafna ta’ nies, tul ta’ xi 15-il triq, qegħdin mexjin bil-mod il-mod lejn knisja. Din hi x-xena quddiem il-knisja, u t-toroq li jwasslu għall-knisja, is-Santwarju ta’ San Gejtanu, fil-kwartieri ta’ Liniers. Dawn in-nies jiġu fis-7 ta’ Awwissu, fil-festa tiegħu, mill-Arġentina kollha biex jagħtu qima lil dan il-qaddis, min biex jirringrazzjah, min biex jitolbu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 19-26
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 10, 22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”. Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

Il-bieb li jagħti għall-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm kuntrast kbir li jagħmel Ġesù fl-Evanġelju tal-lum, lejn l-aħħar ta’ din is-silta, meta min-naħa l-waħda jsemmi min jidħol biex jisraq, jeqred u joqtol u, min-naħa l-oħra, Ġesù li ġie biex jagħtina l-ħajja u l-ħajja bil-kotra. Hemm dan il-kuntrast bejn min-naħa, il-qerda tal-ħajja, u min-naħa l-oħra, il-milja tal-ħajja.

Għalhekk Ġesù fl-Evanġelju jsemmi li hu l-bieb li jagħti għall-ħajja. Hawn jgħid iktar minn darba li hu l-bieb tan-nagħaġ, minn fejn jgħaddu n-nagħaġ ħa jsibu fejn jirgħu… Kompli aqra »

Il-Papa: Il-migranti fuq il-baħar m’għandhom qatt jiġu mċaħħda mill-għajnuna

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dar-raba’ Ħadd tal-Għid, magħruf bħala l-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, l-Evanġelju (Ġw 10,11-18) jippreżentalna lil Ġesù bħala l-veru ragħaj li jiddefendi, jagħraf u jħobb lin-nagħaġ tiegħu.

B’kuntrast miegħu, mar-Ragħaj it-Tajjeb, għandna l-“merċenarju”, li ma jimpurtahx min-nagħaġ għax mhumiex tiegħu.  Jagħmel dax-xogħol biss għall-paga, ma jħabbilx rasu biex jiddefendihom: meta jasal il-lupu jaħrab u jabbandunahom (cfr vv. 12-13).  Iżda Ġesù, ir-ragħaj veru, jiddefendina dejjem, joħroġna minn bosta sitwazzjonijiet diffiċli, sitwazzjonijiet perikolużi, permezz tal-kelma tiegħu u l-qawwa tal-preżenza tiegħu, li aħna nħossu bla waqfien, jekk inkunu rridu nisimgħu, kuljum… Kompli aqra »