Yearly Archives: 2021

“Il-paċi fil-qalb tigi mill-maħfra u l-ħniena ta’ Alla” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħadd tal-Ħniena Divina

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Araw idejja u riġlejja. Jiena hu” (Lq 24:39). Fil-jum tal-irxoxt tiegħu l-Mulej jersaq lejn l-aħwa, lejn il-ħdax miġbura fil-kamra ta’ fuq u jieqaf f’nofshom u jagħtihom l-aqwa teżor, l-ikbar ġid. It-tislima tiegħu tiġbor dan kollu: “Is-sliem għalikom” (Ġw 20:19).

“Għaliex tħawwadtu?” jgħidilhom, “għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja. Jiena hu” (Lq 24:38-39). Kull meta aħna nitħawdu minħabba dnubietna, kull meta qalbna titqal bit-tħassib, il-Mulej ifakkarna fil-pjagi mqaddsa tiegħu… Kompli aqra »

L-Arċisqof Emeritu rikoverat fl-Isptar Mater Dei

L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei f’kundizzjoni medika tajba wara li lbierah filgħaxija sarlu intervent minuri f’qalbu.

Waqt il-Quddiesa tal-Ħadd li xxandret dalgħodu, Mons. Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu għalih. Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 11 ta’ April, 9:30am

Quddiesa fil-Ħadd tal-Ħniena Divina

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ April

Il-Ħadd tal-Ħniena Divina
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 32-35
Salm: 117 (118), 2-4.16ab-18.22-24
It-Tieni Qari: 1 Ġw 5, 1-6

L-Evanġelju: Ġw 20, 19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej… Kompli aqra »

Il-ħames edizzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ Kelma ta’ Ħabib, il-ħames volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2019.

Permezz tal-kelma tiegħu, sempliċi iżda profonda, diretta u msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistieden lil kull persuna sabiex tkun ħmira li tkattar il-ġid fis-soċjetà.

Kelma ta’ Ħabib fih 500 paġna u jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Is-Sibt
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4, 13-21
Salm: 117 (118), 1 u 14-15.16ab-18.19-21

L-Evanġelju: Mk 16, 9-15

Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex… Kompli aqra »

L-abbundanza li jġibilna Kristu Ħaj – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Sejjer nistad”. Hekk qal Xmun Pietru lil sħabu – kienu sitta oħra mid-dixxipli ta’ Ġesù – u dawn qalulu: niġu miegħek. Meta Pietru jgħid “Sejjer nistad”, qisu qed jgħid: se mmur lura għall-ħajja ta’ qabel ma sejjaħli Ġesù, il-ħajja ta’ sajjied. Flok, kif kien qallu Ġesù, li jagħmlu “sajjied tal-bnedmin”, ikompli bil-ħajja ta’ sajjied li jaqbad il-ħut.

Kien għalihom diżappuntanti li għamlu lejl sħiħ u ma qabdu xejn; dawn kienu jifhmu fis-sajd, imma dak il-lejl ma rnexxilhomx jaqbdu ħut… Kompli aqra »

Inawgurati għadd ta’ proġetti ta’ restawr fil-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr

Proġetti mill-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali b'fondi tal-Unjoni Ewropea

Il-mużajk ta’ Marija mtellgħa s-sema li jisab mal-frontispizju tal-knisja parrokkjali tal-Imġarr

Dalgħodu ġew inawgurati diversi proġetti ta’ konservazzjoni u restawr fil‑parroċċi ta’ Ħad‑Dingli u l‑Imġarr, permezz tal‑ħidma li saret mill‑Fondazzjoni għall‑Patrimonju Kulturali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Il‑proġetti saru b’kofinanzjament ta’ 80% minn fondi tal‑Unjoni Ewropea, b’investiment totali ta’ €217,000. Il‑proġetti ġew inawgurati mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

F’Ħad‑Dingli ġew irrestawrati diversi opri tal‑arti: l‑14‑il pittura tal‑Via Sagra, il‑pedestall u n‑niċċa tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑Adorazzjoni tas‑Slaten Maġi, il‑pittura tal‑Madonna tar‑Rużarju, il‑pittura tal‑artist Portugiż Manuel Pereira li turi t‑tieġ bejn San Ġużepp u l‑Madonna, u l-istatwa tas-seklu sittax ta’ San Ġwann Battista, li hi maħsuba li nġiebet Malta mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann… Kompli aqra »