Yearly Archives: 2021

Iħaddanna miegħu u jmexxina b’għożża – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mix-xbihat l-aktar antiki u għal qalb l-Insara hi x-xbieha ta’ Kristu Ragħaj. Insibuha sa mit-tieni seklu fil-katakombi, fejn l-Insara kienu għamlu dawn ir-rappreżentazzjonijiet ta’ Kristu Ragħaj waqt li kienu għaddejjin mill-persekuzzjoni.

Jaħsbu li l-iktar xbieha antika hi dik ta’ Kristu Ragħaj bin-nagħġa fuq spallejh, u ħdejh ukoll nagħaġ mexjin miegħu. Dawn huma żewġ karatteristiċi importanti ta’ Kristu bħala ragħaj: Kristu li jieħu ħsiebna, iħarisna; u Kristu li jmexxina… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

L-Evanġelju: Ġw 10, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra… Kompli aqra »

Taqtax qalbek! Tgħallem afda fil-ħniena tal-Mulej! – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq nibda billi nfakkarkom fir-rakkont tal-lejl tal-Milied. L-anġlu jidher lir-ragħajja u jgħidilhom: “Qed inħabbrilkom ferħ kbir […]. Illum, fil-belt ta’ Ġuda, tweldilkom salvatur” (Lq 2:10-11).

Ir-ragħajja li kienet kategorija pjuttost emarġinata, isiru l-ewwel nies li jisimgħu bit-twelid ta’ din it-tarbija li ta’ tmint ijiem semmewha Ġesù, u meta kiber, bħalma smajna fl-Evanġelju li għadna kemm qrajna mill-kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, Ġesù jassoċja ruħu ma’ din il-kategorija… Kompli aqra »

Jum il-Vokazzjonijiet 2021

Nhar il‑Ħadd li ġej, 25 ta’ April 2021, ir‑raba’ Ħadd tal‑Għid, huwa l‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Dakinhar l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù, fid‑9:30 a.m.  Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Fil‑quddiesa se jieħdu sehem saċerdoti, reliġjużi rġiel u nisa, u seminaristi li huma responsabbli mill‑ħidma vokazzjonali, kif ukoll żgħażagħ li jieħdu sehem fl‑attivitajiet li jorganizza ċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet tas‑Seminarju tal‑Arċisqof… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 25 ta’ April, 9:30am

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ April

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4,8-12
Salm: 117(118), 1,8-9,21-23,26,28ċd,29
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3,1-2

L-Evanġelju: Ġw 10,11-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? … Kompli aqra »

Preżenza reali, ikel essenzjali, u ħajja ta’ dejjem – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'tifkira ta' San Ġorġ Martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” Din kienet il-mistoqsija li bdew jagħmlu l-Lhud huma u jitħaddtu bejniethom. Ġesù kien għadu kif spjega: “Jiena hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.” Kif semgħu dal-kliem, bdew jgħidu: kif jista’ jkun dan?

U Ġesù jkompli jispjega u jenfasizza l-kliem li qal. Jitkellem b’mod ċar u jgħid: “Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jien inqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.” Ġesù dejjem jitkellem ċar… Kompli aqra »