Yearly Archives: 2021

Quddiesa u Rużarju – 2 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 26, 1-6
Salm: 117 (118), 1 u 8-9.19-21.25-27a

L-Evanġelju: Mt 7, 21.24-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet. Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

Dibattitu parlamentari mgħaġġel li ħoloq qafas regolatorju dgħajjef ħafna

Il-membri parlamentari tal-Gvern għandhom ikollhom vot ħieles fuq il-liġi tal-kannabis

Caritas Malta, Fondazzjoni OASI, is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija u l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja jesprimu d‑diżappunt qawwi tagħhom għall‑attitudni li wriet in‑naħa tal‑Gvern waqt id‑diskussjoni tal‑bieraħ fi stadju ta’ kumitat dwar il‑liġi il‑ġdida tal‑kannabis.

Minkejja bosta emendi raġonevoli u bilanċjati proposti mill‑organizzazzjonijiet, in‑naħa tal‑Gvern irrifjutat li tikkunsidra dawn is‑suġġerimenti u baqgħet tinsisti li tgħaddi qafas regolatorju dgħajjef ħafna li jirriskja li jħalli impatt negattiv kbir fuq is‑soċjetà tagħna, speċjalment fost it‑tfal, iż‑żgħażagħ u l‑aktar nies vulnerabbli… Kompli aqra »

Indrì afdat bl-iżjed ħsibijiet importanti ta’ Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Sant’Andrija nisimgħu l-Evanġelju tas-sejħa tiegħu skont San Mattew. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina episodju ħelu meta Indrì jisma’ lil Ġwanni l-Battista jsejjaħ lil Ġesù l-Ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja u jmur għand Xmun u jgħidlu li sabu l-Messija u hu Xmun li jintroduċi lil Pietru lil Ġesù skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann (Ġw 1:41-42).

Hawnhekk għandna l-mument meta t-tnejn li huma: Xmun u ħuh Indrì jissejħu minn Ġesù b’dik l-istedina: “Ejjew warajja” (Mt 4:19)… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Diċembru 2021

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

L-Isqof Malti George Frendo jirriżenja minn arċisqof ta’ Tiranë-Durrës fl-Albanija

Ritratt: argumentum.al

Il-Papa Franġisku aċċetta t-talba tal-Isqof George Frendo biex jirriżenja minn arċisqof ta’ Tirane-Durres fl-Albanija. L-Isqof George Frendo din is-sena għalaq 75 sena.

Il-liġi kanonika tgħid li isqfijiet djoċesani huma mitluba jissottomettu r-riżenja tagħhom lill-Papa meta jagħlqu 75 sena.

L-Isqof Frendo kien inħatar Isqof Awżiljarju ta’ Tirane-Durres fl-2006 mill-Papa Benedittu XVI, u għaxar snin wara kien inħatar arċisqof tal-istess djoċesi mill-Papa Franġisku… Kompli aqra »

L-intenzjoni tat-talb tal-Papa għal Diċembru: il-katekisti

“Catechists have an invaluable mission for the transmission and growth of the faith,” says Pope Francis in The Pope Video for December.

Each month, the Pope’s Worldwide Prayer Network prepares The Pope Video, in which the Holy Father reveals his special prayer intentions for that month.

For December 2021, the Pope is praying “for the catechists, summoned to announce the Word of God: may they be its witnesses, with courage and creativity and in the power of the Holy Spirit, with joy and much peace.”

A vocation and a mission

In his video message, Pope Francis says, “The lay ministry of catechist is a vocation; it’s a mission… It’s an entire way of being.” He said the Church needs “good catechists who are both companions and teachers.”

Earlier this year, Pope Francis formally restored the lay ministry of catechists with the Apostolic Letter Antiquum ministerium, issued “motu proprio,” or on his own initiative… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 1 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

L-Ewwel Qari: Iż 25, 6-10a
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mt 15, 29-37

F’dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b’diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b’diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael… Kompli aqra »

Dun Annett: raġel ta’ eżempju rispettat madwar id-dinja – L-Arċisqof

Quddiesa f’għeluq l‑10 anniversarju mill‑mewt tal‑Isqof Annetto

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

“Immorru ferħana f’dar il-Mulej” (S 121). L-aħħar jum ta’ Dun Annett bħal-lum 10 snin, kien jum imqalleb ta’ tbatija kbira għalih imma aħna nafuh u nirrispettawh fil-memorja tiegħu għas-serenità tiegħu, għall-ferħ tiegħu li kien jiġi minn bniedem li jaf jitgħallem jistrieħ fir-rieda ta’ Alla, li l-għan ta’ ħajtu kienet l-ubbidjenza lejn ir-rieda tal-Mulej. U t-tbissima ġentili tiegħu kienet mera ta’ din ir-ruħ retta u dixxiplinata, kif jgħidu l-Ingliżi ‘to a fault’, bħalma kienet il-lealtà tiegħu lejn is-superjuri tiegħu f’kull ċirkustanza u t-tbatija tiegħu kienet ukoll ġejja minn hemmhekk… Kompli aqra »