Yearly Archives: 2021

Il-Mulej jeħlisna mill-ħakma tax-xitan u mid-dnub personali tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu ta’ San Mark tibda u tispiċċa b’kelma importanti. Tippreżenta lil Ġesù bħala wieħed li għandu s-setgħa. In-nies stess, wara li jaraw lil dak ir-raġel meħlus mix-xitan, jgħidu: “X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa” (Mk 1:27).

Il-kelma ‘setgħa’ bil-Grieg li nkiteb bih l-Evanġelju, hija magħmula minn żewġ partijiet, għandha għerq b’żewġ partijiet. Il-kelma hija egzuzija. Tgħiduli biex ġej illum? … Kompli aqra »

Ħallew ix-xbiek – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fil-bidu tal-ministeru tiegħu, Ġesù jagħżel xi persuni biex ikunu dixxipli, u biex minnhom jifforma l-komunità tiegħu. Fir-rakkont tal-Evanġelju tal-lum, narawh jagħżel erbgħa min-nies: lil Xmun u ħuh Indrì, lil Ġakbu u ħuh Ġwanni.

X’naraw f’din is-sejħa ta’ Ġesù? L-ewwel nett, Ġesù jsejjaħ bħala l-ewwel dixxipli nies ta’ ħajja mill-aktar ordinarja. Ma sejjaħx mexxejja reliġjużi jew politiċi, jew inkella nies għonja jew nies b’xi poter fis-soċjetà, imma għażel lil dawn: erba’ sajjieda… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 12 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 2, 5-12
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mk 1, 21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Ulied għeżież – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-Magħmudija tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

L-ilma jsaffi, inaddaf u jagħti l-ħajja. Kien għalhekk li Ġwanni l-Battista kien jgħammed lin-nies bl-ilma, fix-xmara Ġordan. Kienu jiġu n-nies għandu u hu jgħammidhom bl-ilma biex ifisser il-ħajja ġdida li daħlu għaliha wara li jistqarru dnubiethom. Meta resqu għall-Magħmudija, għamlu dan biex juru dak li jsemmi l-Profeta Iżaija fl-Ewwel Qari: “Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu: ħa jerġa’ lura għand il-Mulej u jħenn għalih, għand Alla tagħna għax hu jaħfer ħafna.”

L-ilma

Kienet ħaġa stramba li fil-kju ma’ dawn in-nies li marru biex jitgħammdu kien hemm ukoll Ġesù… Kompli aqra »

Diżapprovazzjoni tal-azzjoni fuq konsulent mediku

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija

The Secretariat for Catholic Education and the Church Schools Association are dismayed by the reports that Dr Kenneth Grech has been redeployed. Since the start of the pandemic, Dr Grech, in his official capacity and along with his colleagues, has given very valid advice when considering whether or not to physically welcome students, educators, and staff in schools. Dr Grech has been rendering a sterling service as coordinator of the COVID-19 team and always sought to safeguard public health… Kompli aqra »

Il-ministeri tal-lettorat u akkolitat se jkunu miftuħa għan-nisa

With a Motu proprio released on Monday, Pope Francis established that from now on the ministries of Lector and Acolyte are to be open to women, in a stable and institutionalized form through a specific mandate.

There is nothing new about women proclaiming the Word of God during liturgical celebrations or carrying out a service at the altar as altar servers or as Eucharistic ministers… Kompli aqra »

Il-Papa: Għandna bżonn l-għaqda u l-fraternità biex nirbħu din il-kriżi

The Pope is inviting everyone to rediscover our common unity, to be close to those who suffer, to feel like brothers and sisters in order to overcome together the global crisis caused by the pandemic.

At the beginning of the interview with Canale 5, aired Sunday evening, Pope Francis reiterates that “after a crisis we are never as before, ever. We either emerge better or we come out worse.” According to the Pope, “one must review everything.” The great values which are always there in life must be translated into our life lived in the moment… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 ta’ Jannar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 1, 1-6
Salm: 96 (97), 1 u 2b.6 u 7ċ.9

L-Evanġelju: Mk 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »