Yearly Archives: 2021

Bla ma qagħad jomgħodha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù ma joqgħodx jomgħodha. Jitkellem ċar u dirett. Għalhekk hawnhekk jgħid: “Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu għandek f’għajnek int?” U jgħid: “Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk”. 

Hu kliem li nifhmuh, għax jaqbel ħafna mal-esperjenza tagħna l-bnedmin. Kultant inħarsu lejn l-oħrajn u naraw il-ħażin, naraw id-difetti… Kompli aqra »

Il-vjaġġ tal-Papa fl-Ungerija u l-Islovakkja “se tkun esperjenza spiritwali”

The director of the Holy See Press Office, Matteo Bruni, presents Pope Francis’ 34th Apostolic Journey, taking place from 12-15 September. He notes that his visit to Budapest will be “a pilgrimage in honour of the Blessed Sacrament”. In Slovakia, he says, the Pope will embrace a people wounded by totalitarianism, “but with an eye to the future”.

Pope Francis’ 34th journey abroad, which also marks 54 countries visited around the world, aims to be “a pilgrimage to the heart of Europe, during which the Pope will address issues that affect the entire continent”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tim 1, 1-2.12-14
Salm: 15 (16), 1-2a u 15. 7-8.11

L-Evanġelju: Lq 6, 39-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

Tingħata l-Ewwel Tqarbina lil 1,200 tifel u tifla waqt il-Kungress Ewkaristiku

At Budapest’s majestic Heroes Square, some 1,200 Children received their First Communion. They are among the youngest pilgrims participating in the 52nd International Eucharistic Congress in Hungary.

It’s seen as a hopeful sign for a nation where the Church is still recovering from decades of Communist rule, during which Christian education for children was discouraged or forbidden.

Organizers described the Mass and other events during the Congress as “a celebration of the Real Presence of Jesus Christ in the Eucharist.”

That approach is also welcomed by non-Catholic participants such as Blanka Fabiny, a 27-year-old Lutheran kindergarten teacher… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza: L-ugwaljanza fi Kristu tegħleb id-differenzi ta’ bejnietna

Katekeżi fuq l-Ittra lill-Galatin – 8. Aħna wlied Alla

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-mixja tagħna ta’ approfondiment tal-fidi – tal-fidi tagħna – fid-dawl tal-Ittra ta’ San Pawl lill-Galatin. L-Appostlu jisħaq ma’ dawk l-Insara biex ma jinsewx il-karattru ġdid tar-rivelazzjoni ta’ Alla li tħabbret lilhom. Fi qbil sħiħ mal-evanġelista Ġwanni (ara 1 Ġw 3:1-2), Pawlu jisħaq li l-fidi f’Ġesù Kristu tatna li nsiru tassew ulied Alla u anki werrieta tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 3, 12-17
Salm: 150, 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 6, 27-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

“Infiqu u nikbru flimkien” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Aħna nafu li Alla, ma dawk li jħobbuh jaħdem kollox id f’id magħhom għall-ġid” (Rum 8:28)”. Fit-8 ta’ Settembru aħna l-Maltin u l-Għawdxin inħossu kemm hu twajjeb, għaref u veru dan il-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl f’kapitlu 8 tal-Ittra tiegħu lir-Rumani. Mill-esperjenza nafu li Alla, jaħdem id f’id ma’ dawk li jħobbuh.

It-8 ta’ Settembru għalina l-Maltin u l-Għawdxin huwa jum ta’ rebħa; bir-raġun insejħulha ‘il- Vitorja’… Kompli aqra »

Min hu l-għadu tagħna llum? – L-Arċisqof jistaqsi f’Jum il-Vitorja

Pontifikal statali lejlet il-festa tal-Vitorja

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tkun kbira setegħtu sat-trufijiet tal-art. U dan ikun is-sliem!” (Mik 5:3-4). Il-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru li aħna bdejna niċċelebraw minn lejlet b’dan il-pontifikal statali, għalina l-Maltin kienet dejjem espressjoni ta’ sitwazzjonijiet diffiċli ħafna li b’volontà ngħixu fil-paċi u s-sliem, li nkunu trankwilli, li nkunu nistgħu ngawdu l-gżejjer tagħna f’armonija u meħlusa minn kull theddida ta’ jasar jew inkella ta’ qerda… Kompli aqra »