Yearly Archives: 2021

It-tagħlim ta’ Ġesù ma jinbidel qatt – L-Arċisqof

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-Ħadd, għalkemm qegħdin fis-sena ddedikata lill-Evanġelju ta’ San Mark, nikkonkludu l-qari minn kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. Imma peress li l-Evanġelju ta’ San Mark huwa qasir, f’diversi Ħdud ikollna siltiet oħra mill-Evanġelju ta’ San Ġwann.

Fil-Ħdud li għaddew, apparti l-Ħadd li għadda li ddedikajnieh lill-Assunta, smajna kif il-poplu kien immeraviljat bil-qawwa ta’ Ġesù li jkattar il-ħobż, u riedu jagħmluh sultan u fir-raħal adottiv tiegħu, Kafarnahum, jidħol fis-sinagoga u jitkellem dwar il-ħobż li niżel mis-sema li hu huwa stess, it-tagħlim tiegħu u lejn l-aħħar tal-kapitlu… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 22 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Knisja ta' San Ġużepp Ħaddiem, ix-Xemxija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Awwissu

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 24, 1-2a,15-17,18b
Salm: 33(34), 2-3,16-17,18-19,20-21,22-23
It-Tieni Qari: Efes 5, 21-32

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, Ġesù tkellem fuq il-ħobż tal-ħajja. Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? … Kompli aqra »

Imorru flimkien – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Fi żmien Ġesù, l-għorrief tal-liġi kienu jħobbu jiddiskutu l-liġi, u d-dettalji tagħha. U fl-Evanġelju tal-lum riedu jdaħħlu lil Ġesù f’diskussjoni dwar liema hu l-kmandament il-kbir fil-liġi, fost il-ħafna li kellhom. Riedu lil Ġesù jagħżel wieħed.

X’jagħmel Ġesù? Ħa fil-fatt tnejn, kif smajna fl-Evanġelju – wieħed li nsibuh fil-ktieb tad-Dewteronomju u l-ieħor fil-ktieb tal-Levitiku. L-ewwel wieħed: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’moħħok kollu”; dan hu l-ewwel u l-akbar kmandament… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rut 2, 1-3.8-11; 4, 13-17
Salm: 127 (128), 1-2.3.4.5

L-Evanġelju: Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

Budapest qed iħejji biex jilqa’ lill-Papa Franġisku għall-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali

Pope Francis will soon embark on the Papal plane for the first time in six months to visit Hungary and Slovakia. His first stop: the International Eucharistic Congress in Budapest. 

In a meeting at the Vatican, the President of Hungary, János Áder, personally invited the Pope to Budapest to attend the Congress, where the President will be one of the main speakers. 

DR KORNÉL FÁBRY
Secretary General, 52nd International Eucharistic Congress
“The President of the Republic invited the Pope… Kompli aqra »

Donazzjoni ta’ kitbiet oriġinali ta’ Dun Alfred Gatt lill-Arkivji tal-Arċidjoċesi

L-Isqof Joseph Galea Curmi u Rev. Dr Nicholas Joseph Doublet bħala l-Arkivista Djoċesan tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, irċevew mingħand is-Sur Joseph Zammit, b’ donazzjoni, kollezzjoni ta’ kitbiet oriġinali u diversi materjal ieħor ta’ Dun Alfred Gatt, saċerdot mill-Belt Valletta, miet b’ fama ta’ qdusija, u huwa magħruf għad-devozjoni kbira li kellu lejn il-wiċċ ta’ Kristu, devozzjoni li għada ħajja sal-ġurnata tal-lum. Dun Alfred Gatt twieled fit-12 ta’ Jannar 1873 u miet fis-26 ta’ Marzu 1937… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 20 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rut 1, 1.3-6.14b-16.22
Salm: 145 (146), 5-6.7.8-9a.9bċ-10

L-Evanġelju: Mt 22, 34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”.

Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »