Yearly Archives: 2021

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 21, 5.8-20
Salm: 33 (34), 7-8.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mt 8, 28-34

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista’ jgħaddi bihom minn dik it-triq. U nfexxew jgħajtu u jgħidu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?”… Kompli aqra »

It-tama ta’ Pietru u Pawlu fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Issa naf tassew li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni minn id Erodi u minn dak kollu li l-Lhud kienu qed jistennew li jsir” (Atti 12:11). Dan huwa kliem ta’ San Pietru meta jirrealizza li l-ħelsien tiegħu mill-ħabs ma kinitx ħolma imma realtà. “Issa naf tassew li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u ħelisni”. Fit-tieni qari smajna wkoll lill-Appostlu Missierna San Pawl jafda fil-qawwa tal-Mulej li jeħilsu: “Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni” (2 Tim 4:18)… Kompli aqra »

Ċar ma’ kulħadd – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm siltiet fl-Evanġelju fejn Ġesù qisu jkun f’burdata ħażina, xejn ma jogħġbu. Din tal-lum hi waħda minn dawn is-siltiet, fejn Ġesù, minħabba li kien imdawwar b’ħafna nies, lid-dixxipli jgħidilhom biex jaqsmu għax-xatt l-ieħor, imbagħad hemmhekk ikellmuh tnejn min-nies, l-ewwel wieħed mill-kittieba, u mbagħad wieħed mid-dixxipli tiegħu.

Lill-ewwel wieħed li jkellem lil Ġesù u jgħidlu “tmur fejn tmur, jien niġi warajk”, Ġesù, flok iħeġġu, kważi jaqtagħlu qalbu bil-mod kif ikellmu, qisu jitfilu l-ħeġġa tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl – 29 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 1-11
Salm: Salm 33, 2-9
It-Tieni Qari: Tim 4, 6-8. 17-18

L-Evanġelju: Mt 16, 13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

“Mulej, int taf kollox”

Quddiesa tal-Vġili tas-Solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jistaqsi lil Xmun Pietru: “‘Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?’ ‘Iva, Mulej’” (Ġw 21:15). L-insistenza ta’ Ġesù fuq l-imħabba ta’ Pietru, li jġiegħel lil Pietru jindem u jirrealizza li l-imħabba tiegħu tistrieħ fuq il-ħarsa ta’ Ġesù. “Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba ‘Tħobbni?’ u qallu: ‘Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok’” (Ġw 21:17)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Ġunju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18, 16-33
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.10-11

L-Evanġelju: Mt 8, 18-22

F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”… Kompli aqra »

Kull ħajja hi ta’ min jgħożżha – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù darba qal dan il-kliem: “Ejjew għandi intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jien inserraħkom” (Mt 11:28-30). Jidher li l-Evanġelju tal-lum fih żewġ esperjenzi ta’ kemm hu veru dan il-kliem: li f’Ġesù nsibu tassew is-serħan ta’ qalbna. Hawnhekk għandna miraklu ġo miraklu. Fil-qalba ta’ dan ir-rakkont, hemm din il-mara li kienet ilha tnax-il sena tbati bit-tnixxiegħa tad-demm, u li Ġesù jfejjaqha… Kompli aqra »

Bis-setgħa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet jiżra’ fina ż-żerriegħa tal-ħajja ta’ dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Santa Ubaldeska, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Mark hu l-iqsar Evanġelju. Fil-fatt għandu biss 16-il kapitlu imma fl-istess ħin dan ir-rakkont hu wieħed mill-itwal rakkonti.

Dan il-vjaġġ ta’ Ġesù li jisma’ l-karba ta’ missier li kien jismu Ġajru, kien wieħed mill-kapijiet tas-Sinagoga, bniedem ta’ prestiġju, bniedem influwenti, imma quddiem il-mard tat-tifla tiegħu ta’ 12-il sena, Ġajru jħoss li m’għandux poter, li dak kollu li setgħet tagħtih is-soċjetà ma kien jiswa xejn… Kompli aqra »