Il-Papa fl-Udjenza: It-talb tiegħek qed jinstema’, taqtax qalbek
26/05/2021Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Hemm kontestazzjoni qawwija għat-talb, li ġejja minn osservazzjoni li lkoll kemm aħna nagħmlu: aħna nitolbu, nitkarrbu, imma xi drabi t-talbiet tagħna jidhru donnhom mhux mismugħa: dak li nitolbu – għalina jew għall-oħrajn – ma jseħħx. Ħafna drabi ngħaddu minn din l-esperjenza. Jekk imbagħad ir-raġuni li għaliha tlabna kienet nobbli (kif tista’ tkun l-interċessjoni għas-saħħa ta’ xi ħadd marid, jew biex tieqaf il-gwerra), meta ma niġux mismugħa dan jidher skandaluż f’għajnejna… Kompli aqra »