Yearly Archives: 2021

Quddiesa u Rużarju – 19 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Knisja tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 28-38
Salm: 67 (68), 29-30.33-35a.35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17, 11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »

Waħdi m’iniex – L-Isqof Galea-Curmi

  Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm żewġ affarijiet li jgħid Ġesù fl-Evanġelju llum li jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira għall-ħajja tagħna. L-ewwel ħaġa li jgħid Ġesù hi “waħdi m’iniex għax il-Missier hu miegħi”. U jgħid ukoll: “agħmlu l-qalb, jiena rbaħt id-dinja”.

Meta Ġesù jgħid “waħdi m’iniex għax il-Missier hu miegħi” kien qed ikellem lid-dixxipli tiegħu li ftit iktar tard kienu fil-fatt se jħalluh waħdu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Knisja tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 17-27
Salm: 67 (68), 10-11.20-21

L-Evanġelju: Ġw 17, 1-11a

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.

Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt… Kompli aqra »

It-tlugħ tal-Mulej fis-sema jġibilna l-ferħ, jgħid il-Papa waqt ir-Regina Coeli

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum fl-Italja u f’pajjiżi oħra qed niċċelebraw is-solennità tat-tlugħ fis-Sema tal-Mulej.  Il-paġna evanġelika ta’ Mark (Mk 16, 15-20) – it-tmiem tal-Evanġlelju ta’ Marku –  tirrakkuntalna l-aħħar laqgħa tal-Irxoxt mad-dixxipli qabel ma Hu tela’ lejn il-lemin tal-Missier.  Is-soltu, nafuha, ix-xeni ta’ firda huma ta’ swied il-qalb, lil min jibqa’ jħallulu sentimenti ta’ fixla, ta’ abbandun; iżda minn dan kollu xejn ma effettwa lid-dixxipli.  Minkejja li l-Mulej inqata’ minnhom, huma ma jidhrux bla faraġ, anzi, huma hienja u lesti biex isiru missjunarji fid-dinja.  Għaliex mhumiex imnikktin id-dixxipli?  Għaliex aħna wkoll għandna nkunu ferħana illi naraw lil Ġesù tiela s-sema? … Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 17 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Knisja tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”. Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi… Kompli aqra »

Jimliena bit-tama – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej hi ġrajja unika li aħna niċċelebrawha bil-ferħ, għax tfisser ħafna għalina lkoll.

Missjoni kbira

Jekk immorru lura għal dakinhar, kif smajna fl-Evanġelju u wkoll kif rakkontat fl-Atti tal-Appostli, ninnutaw li qabel ma tela’ s-sema, lill-appostli Ġesù tahom missjoni kbira ħafna. Hawn jgħid: “Morru fid-dinja kollha…”; mela mhux biex imorru f’xi belt, jew raħal, jew pajjiż, imma fid-dinja kollha… Kompli aqra »