Yearly Archives: 2021

Aħna ħaġa waħda ma’ Ġesù – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tat-Tlugħ tal-Mulej fis-Sema

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-qari tal-lum jitkellem fuq it-tlugħ tal-Mulej imma ma jitkellimx fuq it-tluq tiegħu. It-tlugħ tal-Mulej hija l-glorja ta’ Kristu Rxoxt. Fir-rakkont li għandna mill-kitbiet tal-Evanġelista San Luqa, nifhmu li biex ikun hemm xhieda tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, għal 40 jum sħaħ il-Mulej deher lid-dixxipli tiegħu jqawwihom fil-fidi li kienet dgħajfa u jagħmel minnhom xhieda tal-qawmien tiegħu mill-imwiet u tal-glorja tiegħu. Imma fl-istess ħin qed jippreparahom biex ikunu huma li jkomplu l-missjoni tiegħu fuq l-art… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 16 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Mejju

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid
Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennità

L-Ewwel Qari: Atti 1, 1-11
Salm: 46(47), 2-3,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Efes 4, 1-13

L-Evanġelju: Mk 16, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

“Itolbu li l-imħabba tagħkom għal Ġesù ma tinxef qatt”– L‑Arċisqof lid-djakni l-ġodda

L-ordinazzjoni djakonali ta' Sean Abela u Jean Claude Attard

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Missier iħobbkom” (Ġw 16:27). Kemm huma kliem sbieħ dawn ta’ Ġesù li għadna kemm smajna mill-kapitlu 16 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann. “Il-Missier stess iħobbkom”. Ġesù jinsisti  li “Il-Missier stess iħobbkom”. Jekk niftakru f’din il-kelma ta’ Ġesù għandna biex inkomplu l-vjaġġ bl-umiltà u bil-kuraġġ. Anke intom, għeżież, li intom imsejħin għad-djakonat llum, ftakruha dejjem din il-kelma għażiża ta’ Ġesù għaliex biex ikun jista’ jgħidilna li “ma qisx tiegħu dak li kien daqs Alla […] imma tneżża’ minn kollox, sar bniedem, obda, obda sal-mewt, sal-mewt tas-salib” (Fil 2:8.9), jagħti xhieda tagħha u konferma tagħha: “Il-Missier stess iħobbkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 23-28
Salm: 46 (47), 2-3.8-9.10

L-Evanġelju: Ġw 16, 23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier… Kompli aqra »

Mattija: don ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta' San Mattija

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Mattija ma kienx wieħed mill-ewwel tnax li għażel Ġesù. Daħal aktar tard, bħala sostitut ta’ Ġuda, meta Ġuda kien ittradixxa lil Ġesù u temm ħajtu, imbagħad saret l-għażla wara li Ġesù tela’ s-sema. Ingħażel Mattija li kien diġà wieħed mit-72 dixxiplu ta’ Ġesù, imma hu fl-Atti tal-Appostli, fil-ġrajja tal-għażla, li jissemma għall-ewwel darba. Riedu li jagħżlu ieħor biex ikunu tnax – għax mingħajr Ġuda kienu ħdax – li hu n-numru li jaqbel mat-tnax-il tribù ta’ Iżrael… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ żewġ djakni – 15 ta’ Mejju, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-pożizzjoni tal-Knisja f’Malta dwar il-festi 2021

Matul din is‑sena 2021, il‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑knisja jsiru fil‑ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri indikati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ barra l‑bini tal‑knisja, li normalment jiġu organizzati mill‑Knisja, bħalma huma l‑purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi. Kompli aqra »

Mill-milja tiegħu – L-Isqof Galea-Curmi

Velja ta’ talb bi tħejjija għall-ordinazzjoni djakonali

  Il-Bażilika Minuri ta’ San Pawl, ir-Rabat

Messaġġ tal-Isqof Galea-Curmi

Qegħdin miġburin nitolbu flimkien lil Alla għal Sean u Jean Claude li se jkunu ordnati djakni nhar is-Sibt. Hi okkażjoni ta’ ferħ kbir għall-Knisja f’Malta, u nixtiequ nitolbu ħafna għalihom bil-qalb u bl-imħabba kollha.

Għeżież Sean u Jean Claude, nixtieqkom tiftakru llum fil-kliem ta’ San Pawl fl-Ittra lill-Galatin li għadna kif smajna. Hu jgħid: “għażilni sa minn ġuf ommi u sejjaħli permezz tal-grazzja tiegħu”… Kompli aqra »

White Paper għall-użu responsabbli tal-Kannabis

Stqarrija mill-Caritas Malta dwar il-White Paper fuq il-Kannabis

Caritas taqbel mal-pożizzjoni li jekk persuna tuża l-kannabis jew tkun dipendenti fuq kannabis (jew xi drogi oħra) ma tintbagħatx il-ħabs u lanqas ma tiċċappas il-kondotta tagħha. Madankollu meta tqis il-potenzjal ta’ ħsara li tagħmel il-Kannabis, Caritas issaħħaħ il-pożizzjoni ġenerali tagħha li bħala soċjetà għandna nrażżnu kemm jista’ jkun l-użu tal-Kannabis (u drogi oħra), nipprevjenu l-popolarizzazzjoni tagħha u naħdmu bla waqfien biex niskoraġġixxu l-użu u ninkoraġġixxu għażla ta’ ħajja sana u wkoll għażliet sani ta’ rikreazzjoni… Kompli aqra »