Il-Papa Benedittu għallimna niddefendu d-dinjità tal-bniedem bil-verità, bil-paċenzja u bl-umiltà – L-Arċisqof
31/12/2022 Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: ‘Abba Missier’” (Gal 4:6). Aħna u ntemmu din is-sena u nħarsu lejn sena ġdida, ejjew nitolbu l-grazzja li aħna nħossu fil-qalb tagħna l-preżenza tal-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu ta’ Ġesù. Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna u dan l-Ispirtu ta’ Ġesù jgħajjat f’qalbna: “Abba Missier”.
Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna nifhmu li l-fidi tagħna, bħalma kien iħobb jgħallimna u jirrepeti Benedittu XVI, mhix sensiela ta’ liġijiet imma laqgħa ma’ persuna, laqgħa ma’ persuna ħajja, laqgħa ma’ Ġesù… Kompli aqra »