Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar – L-Isqof Galea-Curmi
31/01/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Bdew jitolbuh ħafna lil Ġesù biex iwarrab minn pajjiżhom”. Dan hu li għamlu n-nies li ġew jaraw din il-ġrajja. Meta semgħu dak li kien ġara, u anke l-istorja drammatika ta’ kif Ġesù lil dan il-bniedem ħelsu mill-ispirti ħżiena, u mbagħad dawn marru fil-qżieqeż u dawn qabżu l-baħar u għerqu, baqgħu miblugħin bil-biża’. U lil Ġesù bdew jitolbuh biex jitlaq, iwarrab.
Il-kontra għamel dan il-bniedem li qabel kien bl-ispirti ħżiena fih, u li Ġesù ħelsu minn dawn l-ispirti ħżiena… Kompli aqra »