Il-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis
12/01/2022Caritas Malta tirrikonoxxi l-għażla tal-persuni li nħatru fuq il-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis li se jkun immexxi mis-Sinjura Mariella Dimech, bħala għażla ta’ persuni ta’ reputazzjoni u ta’ esperjenza fil-qasam tagħhom.
Filwaqt li numru ta’ persuni fil-bord kienu jaħdmu ma’ Caritas Malta fil-passat u taw kontribut siewi lis-servizzi ta’ Caritas, Caritas Malta tixtieq tiċċara li fil-bord ta’ din l-awtorità m’hemmx persuni li formalment qed jirrappreżentaw lil Caritas… Kompli aqra »