Arkivji mensili: Frar 2022

L-Arċisqof jistaqsi: Kif għandna nġibu ruħna mal-għedewwa tagħna?

Quddiesa f'Jum il-festa tal-qaddisin ta' Fatima

  Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù faċli nqarrsu wiċċna. Qed nisimgħuh jgħidilna: “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom” (Lq  6:27). Din mhix il-loġika tad-dinja, mhuwiex il-mod kif jirraġuna l-bniedem speċjalment meta jkun irrabjat jew vittma ta’ xi inġustizzja. L-ewwel reazzjoni tagħna tkun li npattihielu anke jekk jgħaddi ż-żmien, inżommha fil-komma. Mhux hekk nirraġunaw?

L-ewwel ħaġa li Ġesù jagħmel biex jipprova jipperswadina kemm dan il-parir tiegħu ġej minn għerf kbir, jgħallimna li dan hu l-ewwel nett tal-ikbar ġid għalina u li hi espressjoni kbira tal-imħabba li aħna, bla ma rridu, għandna għalina nfusna… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 20 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Frar

Is-Seba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 26:2,7-9,12-13,22-23
Salm: 102 (103):1-2,3-4,8,10,12-13
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:45-49

L-Evanġelju: Lq 6:27-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

Meħtieġ vann għal programm ma’ tfal u żgħażagħ vulnerabbli

  Ix-Xgħajra

Is-sorijiet Salesjani ta’ Dun Bosco bdew kampanja ta’ crowdfunding fuq Zaar sabiex jixtru vann biex ikunu jistgħu jużawh għall-programm tat-tfal u ż-żgħażagħ fix-Xgħajra.

L-ammont totali li dawn is-sorijiet għandhom bżonn huwa ta’ €8,000 biex jixtru vann ta’ tmienja minn nies ħalli jkunu jistgħu jwasslu lil dawn it-tfal u ż-żgħażagħ li huma parti minn dan il-programm.

F’dan il-programm soċjo-edukattiv bl-isem ta’ Main, it-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn is-sitta u t-18-il sena li huma vulnerabbli jew għandhom problemi finanzjarji u soċjali jibbenefikaw minn edukazzjoni olistika bbażata fuq l-ethos Salesjan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 3:1-10
Salm: 11:2-3,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mk 9:2-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù. Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar iż-żjara tal-Papa f’Malta: ‘messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni’

Archbishop Charles Scicluna of Malta describes an upcoming meeting of Bishops and Mayors of the Mediterranean in Florence as an opportunity for dialogue aimed at promoting harmony and justice amid the challenges facing countries surrounding the Mare Nostrum.

Pope Francis is scheduled to meet with the Bishops and Mayors of important cities of the Mediterranean on the last day of a 3-day meeting, which takes place on 23 – 27 February in Florence, Italy… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 18 ta’ Frar 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 2:14-24,26
Salm: 11 (112):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mk 8:34-38; 9:1

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha. Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

Donazzjoni ta’ librerija bil-kotba għall-komunità terapewtika f’San Blas

Il-Komunità Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta, li ilha tagħti appoġġ lil Caritas Malta għal dawn l-aħħar ħames snin, tat b’donazzjoni 200 ktieb lir-residenti tal-programm tan-nisa flimkien ma’ xkaffar apposta u mejda. Din segwiet donazzjoni li saret ftit taż-żmien ilu meta ngħataw kotba lir-residenza tal-irġiel f’San Blas.

Is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, irringrazzja lil Imam Atif u l-Komunità Ahmadiyya għal dan il-ġest. Faħħar l-inizjattivi li jsiru biex jgħinu lill-komunitajiet ta’ Caritas Malta… Kompli aqra »