Jalla l-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, dawl fit-triq u faraġ fit-tiġrib – L-Arċisqof
Il-Messaġġ u rigal tal-Arċisqof Charles Scicluna lill-Papa Franġisku
03/04/2022 Il-Fosos, il-FurjanaIl-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Santità,
Grazzi ħafna talli għażilt li żżurna. Grazzi li għoġbok tiċċelebra magħna din l-Ewkaristija solenni. Grazzi tal-imħabba tiegħek għalina.
Il-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, ta’ dawl fit-triq, ta’ faraġ fit-tiġrib.
Fl-ewwel seklu wara l-Qawmien ta’ Ġesù mill-Imwiet, dawn il-gżejjer kellhom ix-xorti kbira li bil-grazzja t’Alla jilqgħu d-dawl tal-Evanġelju bil-preżenza fostna tal-Appostlu Missierna San Pawl… Kompli aqra »