Arkivji mensili: April 2022
Live: Tluq bil-katamaran mill-Port il-Kbir lejn Għawdex
02/04/2022 Port il-Kbir, Valletta, GħawdexIl-Papa Franġisku f’Malta: L-impenn biex jintemmu l-illegalità u l-korruzzjoni għandu jkun qawwi bħar-riħ li jnaddaf il-kosta tal-pajjiż
Diskors tal-Papa Franġisku lill-Awtoritajiet, is-Soċjetà Ċivili u l-Korp Diplomatiku
02/04/2022 Il-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt VallettaIl-Messaġġ tal-Papa Franġisku
Sur President tar-Repubblika,
Membri tal-Gvern u tal-Korp Diplomatiku,
Awtoritajiet distinti reliġjużi u ċivili,
Rappreżentanti distinti tas-soċjetà u tad-dinja tal-kultura,
Sinjuri!
Insellmilkom minn qiegħ qalbi u rrodd ħajr lis-Sur President għall-kliem ta’ kortesija li indirizzali f’isem iċ-ċittadini kollha. L-antenati tagħkom kienu laqgħu b’qalb kbira lill-Appostlu Pawlu hu u sejjer lejn Ruma, u mxew miegħu u ma’ dawk li kienu jivvjaġġaw miegħu “bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2); issa, li ġejt minn Ruma, qed inġarrab jiena wkoll il-laqgħa ħerqana tal-Maltin, teżor li dan il-pajjiż baqa’ jiret minn ġenerazzjoni għal oħra… Kompli aqra »
Live: Żjara ta’ Korteżija lill-President tar-Repubblika, Valletta
02/04/2022 Il-Palazz tal-Gran Mastru, VallettaLive: Ċerimonja ta’ merħba lill-Papa Franġisku
02/04/2022 L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, Ħal LuqaLive: Iż-żgħażagħ jilqgħu lill-Papa Franġisku
02/04/2022 Pjazza San Ġorġ, il-Belt VallettaL-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April
02/04/2022Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Ġer 11:18-20
Salm: 7:2-3,9bċ-10,11-12
L-Evanġelju: Ġw 7:40-53
F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”. Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih… Kompli aqra »
Opportunità unika biex il-poplu Malti jagħti merħba mill-isbaħ lill-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku
Stqarrija mill-kumitat organizzattiv tal-Knisja u mill-kumitat organizzattiv tal-Istat
01/04/2022(lemin) L-Isqof Joseph Galea-Curmi u s-Sur Aaron Zahra
Jumejn qabel tibda ż‑żjara uffiċjali tal‑Papa Franġisku f’pajjiżna bit‑tema “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” meħuda mill‑Atti tal‑Appostli, l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi flimkien maċ‑Chairman tal‑Kumitat Organizzattiv tal‑Istat Aaron Zahra indirizzaw konferenza tal‑aħbarijiet biex jingħataw dettalji dwar dan il‑Vjaġġ Appostoliku.
L‑Isqof Galea‑Curmi qal li huwa b’ferħ kbir għalina l‑Maltin u l‑Għawdxin li wara sentejn li kien tħabbar dan il‑vjaġġ, nhar is‑Sibt li ġej nilqgħu fostna l‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku… Kompli aqra »
Avviż
01/04/2022 It-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt VallettaGħada, is-Sibt, 2 ta’ April 2022, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.
Il-Kurja terġa’ tiftaħ it-Tnejn, 4 ta’ April 2022. Kompli aqra »
…
Live: Poloz tal-każijiet serji – 1 ta’ April, 9:30am
01/04/2022Polza tal-każijiet serji kriterju 1 fid-9:30am
Polza tal-każijiet serji kriterju 3 fil-10:30am Kompli aqra »
…