Arkivji mensili: April 2022

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102:1-4,8-9,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek… Kompli aqra »

Il-miżuri ta’ prevenzjoni fil-knejjes

Minn nhar it‑Tnejn, 2 ta’ Mejju, il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑COVID‑19 mhux se jibqgħu fis‑seħħ waqt il‑quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil‑preżenza tal‑pubbliku fil‑knejjes. Dan wara t‑tibdil fil‑liġijiet mħabbra mill‑awtoritajiet tas‑saħħa l‑ġimgħa li għaddiet u sakemm ma jinħarġux miżuri oħra.

Hu rrakkomandat li fil‑knejjes jibqa’ jintuża s‑sanitiser speċjalment minn dawk involuti direttament fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, fosthom dawk li jqarbnu. 

L-Insara huma mħeġġa sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd… Kompli aqra »

Il-missjunarju veru hu dak li jpoġġi l-għażla quddiem il-libertà tal-bniedem – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li tinħass ftit stramba li fl-Evanġelju nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar “il-korla ta’ Alla” (Ġw 4:36). Din xi tkun? Ġesù, mhux dak li għallimna l-parabbola tal-Iben il-Ħali; u tad-drakma, li tilfet munita prezzjuża u fittxet d-dar kollha sakemm sabitha u għamlet festa kbira? Mhux dak li jmur ifittex lin-nagħġa l-mitlufa? Mhux dak li jiekol mal-midinbin u mal-pubblikani?

Ġesù jpoġġi quddiemna għażla u l-għażla hi faċli daqskemm hi diffiċli… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27-33
Salm: 33 (34):2 u 9,17-18,19-20

L-Evanġelju: Ġw 3:31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Hemm bżonn li dan il-pont bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani nerġgħu nibnuh

  Il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 7. Nogħemi, il-patt bejn il-ġenerazzjonijiet li jiftaħ għall-futur

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Illum inkomplu nirriflettu fuq l-anzjani, fuq in-nanniet, fuq ix-xjuħija, tidher kerha l-kelma imma le, ix-xjuħ m’hawnx bħalhom, huma sbieħ! U llum se nħallu jispirana l-Ktieb mill-isbaħ ta’ Rut, ġojjell tal-Bibbja. Il-parabbola ta’ Rut iddawwal il-ġmiel tar-rabtiet fil-familja: imnissla mir-rabta tal-koppja, imma li jmorru lil hemm minnha… Kompli aqra »

Kważi mimli l-kontejner bl-għotjiet tal-Maltin għall-poplu Ukren

Albert Debono, il-Kap tat-Taqsima tad-Djakonija fi ħdan l-NGO Caritas Malta, qal li l-kontejner bl-għotjiet tal-Maltin għall-poplu Ukren hu kważi mimli u l-unika donazzjonijiet li jifdal huma dawk tal-kumpaniji.

F’kumment ma’ Newsbook.com.mt, Debono, spjega li permezz tal-Koperattiva LOOP li tkopri l-Kummissjoni Migranti, Caritas Malta, l-Uffiċċju tad-Djakonija u numru ta’ parroċċi lokali, sar kuntatt mal-Caritas fl-Ukrajna li nediet lista ta’ affarijiet li kellha bżonn… Kompli aqra »

L-Arċisqof qatt ma talab li tiġi posposta ż-żjara tal-Papa

The Archdiocese categorically denies an allegation made by The Shift News website that Archbishop Charles Jude Scicluna requested a postponement of the visit to Malta by His Holiness Pope Francis.

A spokesperson for the Archdiocese said: “Nothing could be further from the truth. The visit had the Archbishop’s full support and it is hugely disappointing that a media outlet relies on anonymous and uninformed sources to erroneously state that the Apostolic Nuncio ‘overruled’ the Archbishop”… Kompli aqra »

Ktieb ġdid bil-Malti għat-tfal dwar il-Beatu Carlo Acutis

Il-Provinċja Franġiskana Maltija ppubblikat ktieb bil-Malti għat-tfal dwar il-beatu żagħżugħ Carlo Acutis. Il-ktieb, li nqaleb għall-Malti minn Francesco Pio Attard, oriġinarjament inkiteb bit-Taljan minn Maria Teresa Antognazza, u fih illustrazzjonijiet ta’ Bruno Dolif.

Fi stqarrija, Attard spjega li din il-pubblikazzjoni tista’ tingħata bħala rigal lit-tfal tal-katekiżmu jew tfal li se jirċievu l-ewwel tqarbina jew il-griżma tal-isqof, “għax tista’ tgħin lit-tfal tagħna jitħabbu mal-ħajja ta’ tifel bħalhom li kien kuraġġjuż biżżejjed li jipprova jħobb ftit iżjed lil Ġesù b’ġesti żgħar imma qawwija fl-istess ħin… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »