Il-Parlament għandu d-dover jagħti liġijiet li jkunu espressjoni tar‑raġuni, l‑ordni u l‑ġid komuni – L-Arċisqof
Quddiesa fil-bidu tal-erbatax-il Leġiżlatura
07/05/2022 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ħuti, “qisu li l‑imħabba tagħkom ma tkunx wiċċ b’ieħor; taħmlux il‑ħażen; żommu mat‑tajjeb. Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin. Tħallux il‑ħrara tagħkom tibred, tħeġġu fl‑ispirtu, aqdu lill‑Mulej. Ifirħu bit‑tama, stabru fl‑hemm, itolbu bla waqfien. Aqsmu ġidkom mal‑qaddisin li jinsabu fil‑bżonn; ilqgħu f’darkom lill‑barranin. Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tisħtu lil ħadd. Ifirħu ma’ min jifraħ, ibku ma’ min jibki. Aħsbu f’xulxin l‑istess, taħsbux fi ħwejjeġ kbar, imma fittxu l‑umli… Kompli aqra »