Arkivji mensili: Mejju 2022

Il-Kardinal Mario Grech fi żjara pastorali fil-Libanu

Is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, il-Kardinal Mario Grech jinsab fuq żjara pastorali fil-Libanu. Din iż-żjara li ġiet deskritta wkoll bħalha “sinodali” bdiet ilbieraħ u tintemm fis-6 ta’ Ġunju.

Waqt din iż-żjara, il-kardinal se jkollu numru ta’ laqgħat fejn se tiġi diskussa s-Sinodalità u l-kontribut tal-Knisja Kattolika Maronita.

Il-Maroniti huma Nsara f’komunjoni mal-Knisja Kattolika Rumana li jgħixu prinċipalment fil-Libanu.

Mal-wasla tiegħu fil-Libanu, il-Kardinal Grech intlaqa’ fl-ajruport min-Nunzju Appostoliku Monsinjur Joseph Spiteri u mal-Eparku Mounir Khairallah tal-Maroniti… Kompli aqra »

Servizz ekumeniku fi żmien Pentekoste

  Il-Knisja tal-Iskoċċiżi, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Ġunju 2022, il-persuni kollha li jemmnu f’Ġesù Kristu, fid-denominazzjonijiet kollha, huma mistiedna jiltaqgħu fil-Knisja tal-Iskoċċiżi, Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, għal servizz ekumeniku sabiex flimkien jagħmlu l-esperjenza ħajja tal-Pentekoste kontinwa, li bdiet f’Ġerusalem ftit wara li Kristu qam mill-imwiet u tela’ fis-smewwiet.

Dan is-servizz ekumeniku se jibda fis-6:30pm u hu organizzat minn Christians Together in Malta (Malta Ecumenical Council). Din hi opportunità sabiex l-Insara jitolbu flimkien sabiex Ġesù jkun iktar parti mill-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Vokazzjoni mimlija tbatija li timbuttaha għall-karità – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Żewġ nisa jiltaqgħu u mhumiex weħidhom għax fil-ġuf tagħhom qed iġorru lil uliedhom. Iż-żjara ta’ Marija lil Eliżabetta hi l-laqgħa ta’ erba’ persuni: iż-żewġ ommijiet u wliedhom fil-ġuf. Tant hu hekk li Eliżabetta tistqarr li malli semgħet il-vuċi ta’ Marija, it-tarbija li kellha fil-ġuf qabżet bil-ferħ (Lq 1:45). Tarbija fil-ġuf diġà għalqet sitt xhur, mentri t-tarbija li l-Madonna qiegħda ġġorr fil-ġuf tagħha, l-Iben t’Alla magħmul bniedem, għadu kif tnissel għax il-Madonna tiġi mbuttata mill-imħabba lejn il-proxxmu, propju kif tisma’ lill-anġlu Gabrijel jgħidilha: “Il-qariba tiegħek Eliżabetta diġa qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal” (Lq 1:36)… Kompli aqra »

Rebbieħa miegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Agħmlu l-qalb: jiena rbaħt id-dinja”. Dan hu l-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju skont San Ġwann, fid-diskors tal-Aħħar Ċena, meta hu jfittex li jagħmel kuraġġ lid-dixxipli tiegħu. Jgħidilhom li se jbatu – “fid-dinja tbatu jkollkom. Iżda agħmlu l-qalb: jien irbaħt id-dinja”. Ma kienx l-ewwel darba li Ġesù jitkellem, anke fl-istess diskors tal-Aħħar Ċena, fuq it-tbatija li kellhom jgħaddu minnha d-dixxipli tiegħu.

Imma jgħidilhom aktar Ġesù… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3: 14-18
Salm: 12, 2-6

L-Evanġelju: Lq 1: 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli: il-vera mħabba hi qrib imma mhix possessiva

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum fl-Italja u f’ħafna pajjiżi qed ikun ċelebrat it-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej, jiġifieri meta reġa’ lura għand il-Missier. Fil-Liturġija, l-Evanġelju skont Luqa jtina r-rakkont tal-aħħar dehra tal-Irxoxt lid-dixxipli (ara 24:46-53). Il-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art tilħaq il-quċċata tagħha propju bit-tlugħ fis-sema, kif nistqarru wkoll fil-Kredu: “Tela’ s-sema u qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tal-Missier”. Xi tfisser dil-ġrajja? Kif nistgħu ninterpretawha? Biex inwieġbu għal dil-mistoqsija nieqfu fuq żewġ azzjonijiet li jagħmel Ġesù qabel ma jitla’ lura lejn is-sema: qabel kollox Hu jħabbar l-għotja tal-Ispirtu imbagħad ibieriek id-dixxipli. Iħabbar id-don tal-Ispirtu u jbierek… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 30 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”.

Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? … Kompli aqra »

Ferħana u jbierku lil Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mimlijin ferħ kbir, reġgħu lura Ġerusalemm u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla”. Mill-ewwel tolqotna r-reazzjoni ta’ dawn id-dixxipli, li kien għad kif kellhom l-esperjenza ta’ Ġesù li tela’ s-sema. Meta, kif jgħid l-Evanġelju skont San Luqa, Ġesù nfired minn magħhom u tela’ s-sema, kont tistenna li r-reazzjoni tagħhom kienet tkun ftit differenti – il-fatt li hu telaq, infired minn magħhom”… Kompli aqra »