Arkivji mensili: Mejju 2022

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:5-18
Salm: 113B (115):1-2,3-4,15-16

L-Evanġelju: Ġw 14:21-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi.”

Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?” 

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

Ilqgħu lil uliedkom bħalma jilqagħhom Alla l-Missier li ħalaqhom – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jirrealizza li t-tmiem tassew wasal. Ġuda se jkompli bil-pjan tiegħu li jittradih, ibigħu għal 30 biċċa tal-fidda u dak li [Ġesù] kien irrepeta għal darba, darbtejn, tlieta lid-dixxipli fl-aħħar se jseħħ. “Bin il-Bniedem jiġi mogħti f’idejn il-kapijiet, iżebilħuh, isalbuh, wara tlett ijiem iqum” (Mk 8:31).

Hu jitkellem dwar dan il-proċess ta’ glorja b’kategorija li għalina hi ħafna stramba għax il-glorja għalina hi show of force, il-qawwa, il-poter, il-prestiġju… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 15 ta’ Mejju, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Mejju

Il-Ħames Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14:21b-27
Salm: 144 (145):8-9,10-11,12-13ab
It-Tieni Qari: Apok 21:1-5a

L-Evanġelju: Ġw 13:31-33a,34-35

Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom… Kompli aqra »

“Titilfux il-paċi” – Il-parir tal‑Arċisqof lit-tliet saċerdoti l-ġodda

L-ordinazzjoni ta' Dun Sean Abela, Dun Jean Claude Attard u Patri Robert Calleja OFM Conv.

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti u Missieri jħobbu u aħna niġu u ngħammru għandu” (Ġw 14:23). Għeżież djakni li l-Mulej qed jagħżilkom għall-Ordni tal-Presbiterat, il-mistoqsija li jagħmlilkom Ġesù llum kif jagħmel lil kull wieħed u waħda minna hija l-istess mistoqsija li għamel lil Pietru fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Tiberijade: “Tħobbni, inti?” (Ġw 21:17).

Mill-frażi ta’ Ġesù “Jekk xi ħadd iħobbni” nifhmu li r-relazzjoni tagħna miegħu trid tkun relazzjoni ta’ mħabba… Kompli aqra »

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – Il-Ħames Ħadd tal-Għid

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għall-Ħames Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Ġw 13:31-33a,34-35

Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom. Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin… Kompli aqra »

Biex qalbna ma titħawwadx – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad!” (Ġw 14:1). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk qegħdin fl-ewwel versi tal-Kapitlu 14 ta’ San Ġwann – diskors twil li jibqa’ sejjer sal-aħħar tal-Kapitlu 17. Ġesù jgħidilhom “tħallux qalbkom titħawwad”, għax ftit qabel kien qalilhom: “fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu” (Ġw 13:33). Din ħawdithom, u kien hemm dik ir-reazzjoni ta’ Pietru li qallu: jien lest li nagħti ħajti għalik, inkun miegħek dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

San Mattija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1:15-17,20-26
Salm: 112:1-8

L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu.

Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda – 14 ta’ Mejju 2022, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid‑9:30 a.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev. Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat; Rev. Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; u Patri Robert Calleja OFM Conv… Kompli aqra »