Arkivji mensili: Awwissu 2022

Quddiesa u Rużarju – 22 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 1:1-5,11b-12
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,4-5

L-Evanġelju: Mt 23:13-22

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom! … Kompli aqra »

Bieb wieħed – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Qisna għandna llum żewġ stampi differenti f’dan l-Evanġelju: min-naħa l-waħda stampa ta’ bieb dejjaq, li diffiċli tgħaddi minnu; u min-naħa l-oħra, stampa ta’ bieb li minnu jgħaddu ħafna nies, u minn kull xorta ta’ nies.  Dan fi kliem Ġesù nnifsu, li l-ewwel jgħid: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq għax, kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx” (Lq 13:24).  Mill-banda l-oħra, aktar ’il quddiem jgħid: “U jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar u joqogħdu għall-mejda tas-saltna ta’ Alla” (Lq 13:29)… Kompli aqra »

X’se jsalvana? X’se jwassalna l-Ġenna? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-21 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  ll-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-Manikata

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelji li qed nisimgħu f’dawn il-Ħdud huma parti mill-mixja ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm. Diġà qal lid-dixxipli tiegħu — u smajnieha l-Ħadd li għadda — li Ġerusalemm għalih tfisser f’dan il-mument ta’ ħajtu persekuzzjoni, iċ-ċaħda tal-poplu tiegħu, ukoll it-tortura u s-salib.

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm jiltaqa’ ma’ xi ħadd li hu interessat ikun jaf jekk hux se jsalva imma din il-mistoqsija jagħmilhielu b’mod indirett: “Jaqaw ftit huma li jsalvaw?” (Lq 13:23)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 21 t’Awwissu 2022, 9:30am

  ll-Knisja ta' San Ġużepp, il-Manikata

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Awwissu

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-Jum

L-Ewwel Qari: Is 66:18-21
Salm: 116 (117):1,2
It-Tieni Qari: Lhud 12:5-7,11-13

L-Evanġelju: Lq 13:22-30

F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”. U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx… Kompli aqra »

Widna tal-paċenzja, qalb li tifhem u istint qawwi u proattiv – L-Arċisqof dwar Mons. Philip Calleja

L-aħħar tislima lil Mons. Philip Calleja, l-appostlu tal-migranti

  Il-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iż-żewġ kmandamenti tal-imħabba huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti” (Mt 22:40). Il-Mulej illum jagħtina l-grazzja b’din il-kelma li nifhmu wkoll il-gratitudni li għandha timla ’l qalbna aħna u nagħtu tislima Nisranija u xierqa lill-għażiż Mons. Philip Calleja.

Aħna nafdawh lill-ħniena ta’ Alla, li meta jaqra l-ittra ta’ ħajjitna jaf jibdel il-kliem tagħna fi kliem ta’ grazzja bħalma għamel Philip Calleja, żagħżugħ li meta ltaqa’ ma’ armla rrabjata għax binha kien emigra ma kkuntattjahiex, u indunat li dan iż-żagħżugħ ta’ madwar 19-il sena kien jaf jikteb u jaqra, qaltlu: ‘Ma tiktiblix ittra għat-tifel?’ U hi bdiet tesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni tagħha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 43:1-7a
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 19 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37:1-14
Salm: 106 (107):2-3,4-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 22:34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”

Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »