Arkivji mensili: Awwissu 2022

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 12:1-12
Salm: 77 (78):56-57,58-59,61-62

L-Evanġelju: Mt 18:21 – 19:1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: il-mewt hi passaġġ li jwassalna għand il-Mulej

  Il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 16. “Sejjer inħejjilkom post” (ara Ġw 14:2). Ix-xjuħija, żmien indirizzat lejn il-milja.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wasalna issa fl-aħħar katekeżijiet iddedikati lix-xjuħija. Illum nidħlu fl-intimità kommoventi tat-tluq ta’ Ġesù minn mad-dixxipli tiegħu, li l-Vanġelu ta’ Ġwanni jirrakkontalna fil-wisa’. Id-diskors tat-tluq jiftaħ bi kliem ta’ faraġ u ta’ wegħda: “Tħallux qalbkom titħawwad!” (14:1); “Meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll” (14:3)… Kompli aqra »

Filmat: F’Lourdes nara miraklu jseħħ fl-attitudnijiet tan-nies – tabib Malti

Il-Bureau tal-Mirakli f’Lourdes jiskatta proċess rigoruż meta jirċievi informazzjoni dwar miraklu

Il-President tal-Għaqda Maltija għat-Trasport tal-Morda f’Lourdes (UMTAL) Joseph Debono qal li kemm ilu jżur Lourdes, dejjem ra mirakli jseħħu fl-attitudnijiet tan-nies, u li dan iħeġġu biex ikompli jżur dan ir-raħal Franċiż.

F’intervista f’Lourdes fl-aħħar jiem, it-tabib Malti, li huwa wkoll membru tal-Bureau tal-Mirakli f’Lourdes, sostna li bħala xjentist u Nisrani jemmen fil-kruċjalità tal-provi fil-proċess li bih jiġi kkonfermat miraklu mill-Madonna ta’ Lourdes.

“Biex ngħidu li sar miraklu, irridu nkunu konvinti aħna li sar miraklu u ma nistgħux nidħqu bin-nies,” stqarr Debono… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9:6-10
Salm: 111:1-2,5-9

L-Evanġelju: Ġw 12: 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istaff tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir

L‑Arċisqof Charles Scicluna esprima t‑tama li fl‑iskejjel tal‑Knisja jiġu implimentati inizjattivi ta’ inklussività fi spirtu ta’ ftuħ u djalogu mal‑istakeholders kollha, partikolarment fl‑iskejjel li jaqgħu taħt it‑tmexxija diretta tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. 

Huwa qal dan waqt laqgħa li saret dalgħodu fil‑Kurja tal‑Arċisqof ma’ madwar 50 edukatur mill‑Kulleġġ San Albert il‑Kbir fil‑Belt Valletta, li jifforma parti u hu mmexxi mill‑Provinċja Dumnikana Maltija. L‑edukaturi kellhom l‑opportunità jsemmgħu leħinhom u jitkellmu mal‑Arċisqof Scicluna… Kompli aqra »

Is-salib tiegħi hu l-uniku tama tiegħi – Edith Stein

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein)

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jingħad li wara li arrestawha fl-1942, Edith Stein jew il-qaddisa tagħna Tereża Benedetta tas-Salib, soru tal-klawsura Karmelitana, għamlet il-vjaġġ fit-tren mill-Olanda fejn kienet, għal Auschwitz fil-Polonja. Ix-xhieda li baqgħu ħajjin jgħidu li fil-vjaġġ kienet mara ta’ kalma kbira, ta’ talb, ta’ ġabra u ta’ karitá kbira.

Naħseb ħafna minn dawk li nqabdu mill-Gestapo kienu jafu li ma kinux sejrin xi vaganza jew piknik imma x-xhieda li baqgħu ħajjin jgħidu kemm impressjonathom il-kalma ta’ din il-mara għax ma kinitx mara anzjana, Edith Stein kellha madwar il-50 sena meta mietet… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 9 t’Awwissu 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2:16b,17b,21-22
Salm: 44:11-12,14-17

L-Evanġelju: Mt 25:1-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

Ta’ ebda skandlu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Biex ma tkun ta’ ebda skandlu għalihom…” (Mt 17:27). Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù, fl-Evanġelju, skont San Mattew lil Pietru meta jgħidlu jmur iħallas it-taxxa. Pietru kien iltaqa’ ma’ dawk li kienu qed jiġbru t-taxxa għat-tempju, u staqsewh jekk l-Imgħallem, jiġifieri Ġesù, kienx iħallas it-taxxa. U meta reġa’ lura d-dar, Ġesù lanqas ħallieh jistaqsih jew jitkellem fuq hekk, imma kellmu hu, Ġesù stess… Kompli aqra »