Arkivji mensili: Settembru 2022

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 9:1-12,14-16
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 9:57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”. Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi twaqqaf fond ta’ €30,000 għal inizjattivi ta’ ospitalità

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta waqqfet fond  ta’ €30,000 biex tippromwovi inizjattivi ta’ ospitalità fil‑parroċċi u komunitajiet oħra. Il‑Knisja se tkun qed tuża l‑fond – imwaqqaf fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Migranti u r‑Refuġjati 2022 bit‑tema ‘Nibnu l‑Futur mal‑Migranti u r‑Refuġjati’ – biex tħeġġeġ inizjattivi ta’ kollaborazzjoni fi ħdan il‑komunità bejn iċ‑ċittadini u l‑migranti.

Kelliem qal li l‑fond twaqqaf b’reazzjoni għall‑messaġġ tal‑Papa Franġisku fiż‑żjara tiegħu f’Malta, fejn fakkar kif San Pawl intlaqa’ ‘bi ħlewwa liema bħala’… Kompli aqra »

“Ħadd ma jieħu gost jittallab, min jiġi għax vera għandu bżonn” – Fr Hilary

Il-Maltin jiġu għall-ikel, ir-refuġjati aktar għall-ħwejjeġ

Kulħadd qed iħossha ż-żieda fl-għoli tal-ħajja speċjalment fl-aħħar xhur bl-effetti tal-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna.

Fid-dawl ta’ din ir-realtà soċjali li qed tinbidel b’rata mgħaġġla Newsbook.com.mt ħass il-bżonn li jitkellem ma’ Fr Hilary Tagliaferro li jmexxi l-Millenium Chapel u d-diversi servizzi li din toffri fosthom il-WOW – Wishing Others Well.

Fr Hilary spjega li din l-inizjattiva ta’ bank tal-ikel u tal-ħwejjeġ bdiet sa mill-bidu tal-ftuħ tal-Millenium Chapel fis-sena elfejn… Kompli aqra »

Umiltà u inklussività – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom” (Lq 9:46). Dan hu li jgħid San Luqa fl-Evanġelju tiegħu llum, u mal-ewwel nintebhu kemm dawn id-dixxipli ma kinux fehmu tassew, sa dak il-mument, min kien Ġesù, u x’kien qed jgħallimhom Ġesù. Ftit qabel din is-silta, Ġesù kien qed iħabbrilhom, għat-tieni darba, li se jgħaddi mill-mewt li twassal għall-qawmien, li se jgħaddi mis-sofferenza… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 3:1-3,11-17,20-23
Salm: 87 (88):2-3,4-5,6,7-8

L-Evanġelju: Lq 9:51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”. Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom… Kompli aqra »

Il-Papa talab fl-Angelus biex is-Saltna t’Alla tinkiseb flimkien mal-migranti bla ma ħadd jitwarrab

Quddiesa waqt iż-żjara pastorali f’Matera għall-għeluq tas-27 Kungress Ewkaristiku Nazzjonali

  Stadju komunali XXI Settembre (Matera)

Il-Mulej qed jiġborna madwar il-mejda tiegħu u jsir għalina ħobż: “Huwa l-ħobż tal-festa fuq il-mejda tal-ulied, […] joħloq il-qsim ma’ xulxin, isaħħaħ ir-rabtiet, għandu togħma ta’ komunjoni” (Innu għas-XXVII Kungress Ewkaristiku Nazzjonali, Matera 2022). Imma l-Vanġelu li għadna kemm smajna jgħidilna li mhux dejjem fuq il-mejda l-ħobż hu maqsum: dan hu minnu; mhux dejjem iħalli l-fwieħa tal-komunjoni; mhux dejjem hu miksur fil-ġustizzja.

Nagħmlu sew jekk nieqfu quddiem ix-xena drammatika mfissra minn Ġesù f’din il-parabbola li għadna kemm smajna: minn naħa raġel għani liebes il-porpra u l-għażel, li jiddandan bil-ġid tiegħu u jiekol bix-xaba’; min-naħa l-oħra, raġel fqajjar, mimli ġrieħi, mixħut fuq l-għatba bit-tama li minn dik il-mejda taqa’ mqar fraka biex jista’ jtaffi l-ġuħ… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 26 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 1:6-22
Salm: 16 (17):1,2-3,6-7

L-Evanġelju: Lq 9:46-50

F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir”… Kompli aqra »