Arkivji mensili: Settembru 2022

Tgħidu lil ħadd

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb ilkoll narawha stramba kif Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu biex “ma jgħidu lil ħadd b’dan” (Lq 9:21). Pietru kien għadu kif qallu “Inti l-Messija ta’ Alla” (Lq 9:20), u Ġesù jgħid lilu u lid-dixxipli, anzi “ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan”. Għaliex?

Iktar u iktar narawha stramba meta Pietru qal ir-risposta t-tajba: “Inti l-Messija ta’ Alla”… Kompli aqra »

Nitolbu biex qatt ma nwebbsu qalbna għal xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum Dinji tal-Migranti u r-Rifuġjati 2022

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, il-Baħrija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-parabbola li għadna kemm smajna, Ġesù jgħidha lill-Fariżej, jgħidha lill-kapijiet, imma aħna nistgħu nifhmu li l-messaġġ tiegħu jgħodd għal kull wieħed u waħda minna.

Xi jrid jgħid Ġesù b’din il-parabbola li fiha jsemmi żewġ persuni; wieħed għandu isem li għal Ġesù kien għażiż ħafna għax jgħid li l-fqir kien jismu Lazzru (Lq 16:20). Issa aħna nafu li wieħed mill-ħbieb il-kbar ta’ Ġesù kien jismu Lazzru wkoll u nistgħu nifhmu li l-għażla li Ġesù jagħmel f’din l-istorja li jirrakkonta, lill-fqir jagħtih l-isem ta’ wieħed mill-ħbieb il-kbar tiegħi… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 25 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Kunċizzjoni, il-Baħrija

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 6:1a. 4-7
Salm: 145 (146):7,8-9a,9bċ-10
It-Tieni Qari: 1 Tim 6:11-16

L-Evanġelju: Lq 16:19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani… Kompli aqra »

Nibnu l-ġejjieni mal-migranti u r-rifuġjati – Il-Papa Franġisku

Messaġġ tal-Papa Franġisku fl-okkażjoni tal-108 Jum Dinji tal-Migranti u r-Rifuġjati 2022

Aħna hawnhekk ma għandniex belt li tibqa’ għal dejjem, iżda qegħdin infittxu dik li għad trid tiġi.

Lhud 13:14

L-aħwa għeżież!

Is-sens aħħari tal-“vjaġġ” tagħna f’din id-dinja hu li nfittxu l-pajjiż vera tagħna, is-Saltna t’Alla imnedija minn Ġesu Kristu, li se ssib il-milja kollha tagħha meta jerġa’ jiġi fil-glorja. Is-Saltna tiegħu għadha mhix mitmuma, imma hi ġa preżenti f’dawk li laqgħu s-salvazzjoni… Kompli aqra »

Aktar minn 12-il kors offrut mill-PFI fl-ewwel semestru 2022/23

Fl‑ewwel semestru tas‑sena akkademika li se tibda f’Ottubru li ġej, l‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali se joffri aktar minn 12‑il kors li se jiġu offruti b’modi differenti: personalment, hybrid u online. Il‑korsijiet huma:

  • Benedictine Spirituality Today: introduzzjoni dwar il‑ħajja, it‑tagħlim u l‑kitbiet ta’ San Benedittu ta’ Nocia. Dan il‑kors se jkun mifrux fuq disa’ ġimgħat.
  • Safeguarding Children and Vulnerable Adults: kors indirizzat għal kull min hu f’kuntatt ma’ tfal jew adulti vulnerabbli jew jamministra d‑dettalji tagħhom…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 11:9 – 12:8
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9:43b-45

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal… Kompli aqra »

“Sibu l-aħjar avukati biex tipproteġu l-ħajja” – Life Network lill-Gvern

L-NGO Life Network qed tappella lill-Gvern Malti biex ifittex is-servizzi tal-aħjar avukati fil-pajjiż biex jipproteġu l-ħajja fil-każ kostituzzjonali li fetħet il-mara Amerikana li t-talba tagħha biex tiġi tterminata t-tqala mhux vijabbli tagħha ġiet rifjutata.

Andrea Prudente u l-partner tagħha Jay kienu fuq btala f’Malta aktar kmieni din is-sena. Prudente kienet 16-il ġimgħa tqila meta bdiet tara d-demm waqt li kienet fuq btala f’Malta… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 3:1-11
Salm: 42 (43):1,2,3,4

L-Evanġelju: Lq 9:18-22

Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”.

Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla”… Kompli aqra »