Arkivji mensili: Settembru 2022

Il-Papa fl-Angelus jitlobna ninkwetaw għall-proxxmu

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb,

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum jippreżentalna t-tliet parabboli tal-ħniena (ara Lq 15:4-32); jissejħu hekk għax juruna l-qalb ħanina ta’ Alla. Ġesù jirrakkontahom biex iwieġeb għat-tgemgin tal-Fariżej u l-iskribi, li qed jgħidu, “Dan jilqa’ għandu lill-midinbin u jiekol magħhom” (v. 2). Kienu qed jieħdu skandlu għax Ġesù kien mal-midinbin. Jekk dan, reliġjożament, għalihom kien skandaluż, meta jilqa’ lill-midinbin u jiekol magħhom, Ġesù jurina kif inhu magħmul Alla: Alla ma jeskludi lil ħadd, jixtieq li kulħadd ikun mal-mejda, għax iħobb lil kulħadd bħala wliedu, lil kulħadd, bla esklużjoni, lil kulħadd. Allura, t-tliet parabboli jiġbru fil-qosor il-qofol tal-Evanġelju: Alla hu Missier u jiġi jfittixna kull darba li nintilfu… Kompli aqra »

Quddiesa – 12 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 11:17-26,33
Salm: 39 (40):7-8a,8b-9,10,17

L-Evanġelju: Lq 7:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga”… Kompli aqra »

Il-ferħ tal-ħniena ta’ Alla hu meta jkun jista’ jħaddanna miegħu mill-ġdid – L-Arċisqof

Quddiesa fl-24 Ħadd taż-Żmien ta' matul is-Sena

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi grazzja kbira li nisimgħu dawn it-tliet parabboli li Ġesù jagħżel biex jispjega lill-Fariżej xi tfisser il-ħniena ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna. “Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: ‘Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom’” (Lq 15:1-2).

F’dan il-kuntest Ġesù jipprova jispjega lil dawn il-kittieba u l-Fariżej għaliex hu għażel li jilqa’ għandu lill-midinba, għaliex għażel li jiekol magħhom… Kompli aqra »

Quddiesa mill-Arċisqof b’suffraġju għar-Reġina Eliżabetta II

Nhar il‑Ħamis li ġej, 15 ta’ Settembru 2022, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għar‑Reġina Eliżabetta II f’għeluq il‑ġimgħa mill‑mewt tagħha, fis‑6:30 p.m. fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.

Il‑kongregazzjoni se tkun immexxija mill‑President ta’ Malta Dr George Vella. L‑awtoritajiet tal‑Istat u l‑Insara kollha f’Malta huma mistiedna jattendu għal din iċ‑ċelebrazzjoni. Is‑saċerdoti huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il‑quddiesa.

Il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mtKompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 11 ta’ Settembru 2022, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Ħerba, Birkirkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 32:7-11,13-14
Salm: 50 (51):3-4,12-13,17 u 19
It-Tieni Qari: 1 Tim 1:12-17

L-Evanġelju: Lq 15:1-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 10:14-22
Salm: 115 (116):12-13,17-18

L-Evanġelju: Lq 6:43-49

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni ta’ 3 novizzi ġodda

Fra Darren Abela, Fra Christopher Bilocca u Fra Andre Bonaci kienu kkonfermati novizzi ġodda mal-Ordni Franġiskana Minuri, waqt quddiesa li saret fil-Knisja ta’ San Franġisk fil-Ħamrun.

Fil-quddiesa mmexxija mill-Ministru Provinċjal Twanny Chircop, kien hemm preżenti qraba u ħbieb ta’ dawn it-tliet novizzi kif ukoll diversi patrijiet oħra.

In-novizzi l-ġodda issa ser iħallu Malta sabiex imorru f’San Damjan t’Assisi sabiex jagħmlu sena novizjat hemmhekk… Kompli aqra »

X’qed nagħmlu bil-patrimonju tagħna? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum dejjem nisimgħu din il-lista ta’ ismijiet li jwasslu minn Abraham sa Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija. Nistgħu nistaqsu: imma għaliex fil-festa solenni tat-twelid ta’ Marija naqraw l-arblu tar-razza ta’ Ġużeppi? “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Krisu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1). Dan hu t-titlu li l-Evanġelista San Mattew jagħti lil din il-lista ta’ ismijiet, ismijiet li għalina huma strambi.

Nistgħu ngħidu li hemm ħsieb li jista’ jolqotna propju f’dan il-jum meta nifhmu li t-twelid ta’ Ġesù minn Marija u anke t-twelid tagħha, hemm tradizzjoni li tgħid li anke hi kienet min-nisel ta’ David, għandha l-għeruq tiegħu… Kompli aqra »