Arkivji mensili: Ottubru 2022

Rethink | Ep.1: L-erbat irjieħ tal-bidla

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Fl-ewwel episodju – Four Winds of Change – nitkellmu dwar id-diskors li l-Papa indirizza lill-awtoritajiet matul iż-żjara tiegħu f’Malta f’April li għadda… Kompli aqra »

Is-sinjal l-iktar importanti – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal!” (Lq 11: 29) Dan hu l-ilment li għamel Ġesù fuq diversi nies, u li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa. U Ġesù jgħid: “Ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona” (Lq 11:29).

Għaliex Ġesù ħadha daqshekk bi kbira li kien hemm diversi nies li riedu sinjal? Għax, fil-fatt, dawn in-nies kienu raw diversi sinjali… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 11 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5:1-6
Salm: 118 (119):41,43,44,45,47,48

L-Evanġelju: Lq 11:37-41

Huwa u jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen.  … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus jitlob għal tmiem it-theddid ta’ gwerra nukleari

Quddiesa u kanonizzazzjoni tal-Beati Giovanni Battista Scalabrini u Artemide Zatti

  Pjazza San Pietru fil-Vatikan

Waqt li Ġesù kien miexi, għaxar imġiddmin ġrew lejh jgħajtu: “Ikollok ħniena minna” (Lq 17:13). L-għaxra li huma ġew imfejqa, imma wieħed biss minnhom reġa’ lura biex jirringrazzja lil Ġesù: kien Samaritan, speċi ta’ eretiku f’għajnejn il-Lhud. Għall-bidu jimxu flimkien, imma mbagħad id-differenza jagħmilha dak is-Samaritan, li jerġa’ lura “jgħajjat u jfaħħar lil Alla” (v. 15). Ejjew nieqfu fuq dawn iż-żewġ aspetti li nistgħu nsibu fil-Vanġelu tal-lum: nimxu flimkien u rroddu ħajrKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 10 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 4:22-24,26-27,31 – 5:1
Salm: 112 (113):1-2,3-4,5a u 6-7

L-Evanġelju: Lq 11:29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

Għamel magħna ħwejjeġ kbar – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-28 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm poeżija/talba antika bl-Ingliż tal-Poeta George Herbert li kitibha fis-seklu 17 (1633) u li tibda hekk: “O Lord, you have given me so much. Please give me one thing more: a grateful heart”.

Ftakart f’din it-talba fil-ġrajja fl-Evanġelju tal-lum li tistedinna nagħrfu bi gratitudni kbira d-doni ta’ Alla. Fit-triq li twasslu għall-mewt u l-qawmien, Ġesù ltaqa’ ma’ għaxar persuni morda bil-lebbra, li ma setgħux jersqu viċin tiegħu minħabba l-marda; mill-bogħod bdew jgħajtu għall-għajnuna: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!” (Lq17:13)… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 9 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Knisja tal-Madonna ta' Fatima, Gwardamangia

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:14-17
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4
It-Tieni Qari: 2 Tim 2:8-13

L-Evanġelju: Lq 17:11-19

Ġara li huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”… Kompli aqra »