Arkivji mensili: Ottubru 2022

Ma għażilx nies perfetti – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għadda l-lejl fit-talb lil Alla” (Lq 6:12). Dan hu li naqraw illum fl-Evanġelju skont San Luqa fuq Ġesù, li tela’ fuq l-għoljiet waħdu, u għamel ħin twil hemmhekk jitlob. Ma kinetx l-unika darba li Ġesù mar waħdu biex jitlob. San Luqa jgħidilna fl-Evanġelju tiegħu fuq l-importanza tat-talb għal Ġesù, u fuq kif Ġesù kien ukoll għallem lid-dixxipli tiegħu kif jitolbu. Imma din iċ-ċirkustanza kienet speċjali, għax wara dak il-ħin ta’ talb, meta sebaħ, l-ewwel ma għamel Ġesù hu li sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 31 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 2:1-4
Salm: 130 (131):1,2,3

L-Evanġelju: Lq 14:12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kap tal-fariżej li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja”… Kompli aqra »

Ġie biex ifittex u jsalva l-mitluf – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-31 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tal-laqgħa ta’ Żakkew ma’ Ġesù tista’ tinġabar fl-aħħar sentenza tal-Evanġelju: “Bin il-bniedem ġie biex ifittex u jsalva l-mitluf” (Luqa 19:10). Tajjeb li nħarsu lejn din il-ġrajja u naraw x’tgħidilna għal ħajjitna. Inħarsu l-ewwel lejn il-folla, imbagħad lejn Żakkew u Ġesù.

Il-folla

Il-folla tan-nies li kienet imdawra ma’ Ġesù kienet ostaklu għal Żakkew biex jiltaqa’ miegħu imma anke biex jarah… Kompli aqra »

Id-dgħufija tagħna m’għandhiex tfixkilna – L-Arċisqof

  Il-Monasteru ta’ Sant’Ursola, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għalina hija dejjem kelma iebsa li nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar il-firda, anzi jgħid: “Jiena ġejt inġib il-firda,” (ara Lq 12:51) meta aħna nafu u nsellmulu bħala l-prinċep tas-sliem, il-prinċep tal-paċi. Jgħidilna: “Jiena ġejt inġib il-paċi fid-dinja”; it-tislima tiegħu li jirrepeti l-Isqof f’kull quddiesa li jqaddes hija ‘l-paċi magħkom’. Għal liema firda qiegħed jgħid? 

L-Evanġelju ta’ San Luqa, kif nafu, kien miktub fi żmien il-persekuzzjoni u ħafna familji ġarrbu t-traġedja tal-firda minħabba l-persekuzzjonijiet… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 30 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Ottubru

Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 11:22 – 12:2
Salm: 144 (145):1-2,8-9,10-11,13ċd-14
It-Tieni Qari: 2 Tess 1:11 – 2:2

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir… Kompli aqra »

Il-Festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Żewġ seminaristi se jirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat

Nhar it‑Tlieta, l‑1 ta’ Novembru 2021, fis‑6 p.m., l‑Arċisqof Charles Scicluna ser jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Waqt il‑quddiesa żewġ seminaristi jirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat.

L-Erbgħa, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., fit‑Tifkira tal‑Mejtin Kollha, l‑Arċisqof ser jiċċelebra quddiesa fil‑Kappella taċ‑Ċimiterju tar-Resurrezzjoni, Ħal Qormi. L‑Insara huma mistiedna jitolbu wkoll għall‑erwieħ kollha li marru qabilna bis‑sinjal tal‑fidi u bit‑tama tal‑qawmien mill‑imwiet, biex bil‑ħniena ta’ Alla jitnaddfu minn kull dnub… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 t’Ottubru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 1:18b-26
Salm: 41 (42):2,3,5bċd

L-Evanġelju: Lq 14:1,7-11

Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar… Kompli aqra »