Arkivji mensili: Novembru 2022

Il-Papa fl-Udjenza: “Il-konsolazzjoni tagħtik il-paċi u tiġddek lejn il-Mulej”

  Il-Pjazza ta' San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi tagħna fuq id-dixxerniment tal-ispirtu: kif ngħarblu dak li qed jiġri fil- qalb tagħna, fir-ruħ tagħna. U wara li qisna xi aspetti tad-deżolazzjoni – dik id-dalma tar-ruħ
– illum nitkellmu fuq il-konsolazzjoni, li hija d-dawl tar-ruħ, u li hi element ieħor importanti għad-dixxerniment, u li ma rridux ma nagħtux kasu, għax jista’ jkun hemm xi ekwivoki… Kompli aqra »

Quddiesa mill-Freeport – 24 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  Il-Port Ħieles, Birżebbuġa

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 18:1-2,21-23; 19:1-3,9a
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Lq 21:20-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub… Kompli aqra »

Webinar: L-avvent fid-dar – Kif tista’ tgħix dan il-perjodu fid-dar fl-2022?

Iċ-ċelebrazzjonijiet huma parti importanti mill-ħajja tal-bniedem u qegħdin ngħixu f’soċjetà li tagħmel kull mezz biex tfakkarna liema ċelebrazzjonijiet ikunu ġejjin. Hekk kif nidħlu ġo ħanut tal-ħelu, mill-ewwel nindunaw ikunx ġej il-Milied, l-Għid jew Jum San Valentinu. Ħafna drabi, minn ġimgħat qabel naraw madwarna affarijiet li jfakkruna fil-festa li jkun imiss. Madankollu, dan ir-ritmu li hu aktar imdawwar mal-konsum, jista’ jnessina mir-ritmu l-ieħor li tipproponilna l-Knisja, li hu dak tas-sena liturġika… Kompli aqra »

Quddiesa fl-10 Anniversarju Episkopali tal-Arċisqof – 24 ta’ Novembru 2022, 6.30pm

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 6: L-Ekonomija

F’dan l-episodju nitkellmu dwar l-ekonomija u r-relevanza tagħha fil-ħajja tan-Nisrani. Jiġi diskuss fejn hemm qbil u fejn hemm diverġenza bejn it-tagħlim soċjali tal-Knisja u xi mudelli tal-ekonomija sekulari. Kif tidħol il-fidi fid-deċiżjonijiet ekonomiċi?

 🎙️ Mistiedna

Clarissa Micallef
Maria Giulia Pace

 🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Novembru 2022, 9:30am

  l-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 15:1-4
Salm: 97 (98):1,2-3ab,7-8,9

L-Evanġelju: Lq 21:12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

Nagħmlu r-rieda tal-Missier – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti u ommi” (Mt 12:50). Dan huwa l-kliem ta’ Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mattew. Ġesu jgħid hekk meta kien qed jitkellem mad-dixxipli u ġew jgħidulu li ommu u qrabatu – ħutu tfisser qrabatu fil-kliem tal-Evanġelju – kienu qegħdin barra u qed ifittxu li jkellmuh. Kont tistenna li Ġesù jiskuża ftit ruħu ma’ dawk li kien qed ikellem, u jmur jara x’iridu ommu u qrabatu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Novembru 2022, 9:30am