Arkivji mensili: Diċembru 2022

Avviż

Minn għada, is-Sibt 24 ta’ Diċembru 2022 sat-Tlieta 3 ta’ Jannar 2023, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa għal żmien il-Milied.

Il-Kurja, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u t-Tribunal Ekkleżjastiku, terġa’ tiftaħ l-Erbgħa, 4 ta’ Jannar 2023. Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4,23-24
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,8-9,10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1:57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”… Kompli aqra »

550 persuna se jattendu għall-Ikla tal-Milied minn Caritas Malta

L-Ikla tal-Milied lura fil-Kurja tal-Arċisqof

Fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana bħalissa għaddejjin l‑aħħar preparamenti għall‑ikla annwali tal‑Milied sabiex f’nhar il‑Milied tilqa’ madwar 550 persuna li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli jew kienu se jqattgħu l‑Milied weħidhom. Din hi l‑ewwel darba, wara waqfien ta’ sentejn minħabba l‑pandemija, li Caritas Malta qed terġa’ torganizza l‑Ikla tal‑Milied.  

Waqt il‑konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Vigarju Episkopali għad‑Djakonija Mons. Charles Cordina, spjega kif “il‑Kurja nqisuha bħala d‑Dar tal‑Arċisqof, fejn issir ħafna mill‑ħidma u l‑amministrazzjoni ċentrali tal‑Arċidjoċesi… Kompli aqra »

Rethink | Ep.3: Wirt Kulturali

Fid-dawl taż-żjara tal-Papa Franġisku f’Malta, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tniedi proġett bl-isem ta’ rethink.mt: Rethink culture.

rethink.mt hu spazju għal djalogu b’rispett dwar kwistjonijiet kumplessi li qed isawru l-kultura Maltija. Bil-kontribuzzjoni tal-Vikarjat għall-Evanġelizzazzjoni u s-sehem tal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, dan il-proġett ħa jġib flimkien numru ta’ nies attivi fis-soċjetà Maltija, li ħa jiddiskutu t-tip ta’ kultura li nixtiequ nibnu flimkien

Kull darba li ma nagħtux każ tal-għeruq tagħna u ninsew minn fejn ġejjin, niftaqru… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Dar tal-Kleru, Birkirkara

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1:24-28
Salm: 1 Sam 2:1,4-5,6-7,8abċd

L-Evanġelju: Lq 1:46-55

F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu. Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-Kelma ta’ Alla hi preżenza ħajja

  Awla Pawlu VI, Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Inkomplu – waslu fl-aħħar – bil-katekeżijiet tagħna fuq id-dixxerniment, u min segwa sa issa dawn il-katekeżijiet forsi jista’ jaħseb: imma xi prattika kkumplikata hi din tad-dixxerniment! Fir-realtà, hija l-ħajja li hi kkumplikata u, jekk ma nitgħallmux naqrawha, ikkumplikata kif inhi, nirriskjaw li naħluha, għax nibqgħu għaddejjin b’soluzzjonijiet li jispiċċaw javviluna.

Fl-ewwel laqgħa tagħna konna rajna li dejjem, ta’ kuljum, irridu jew ma rridux, qed nagħmlu atti ta’ dixxerniment, f’dak li nieklu, naqraw, fuq ix-xogħol, fir-relazzjonijiet, f’kollox… Kompli aqra »

Aħseb u Ara | Ep. 7: Ix-Xogħol

F’dan l-episodju nitkellmu dwar id-dinja tax-xogħol u l-bidliet il-kbar li rajna f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin. Ix-xogħol minn dejjem kien qasam li ngħata importanza kbira fit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, b’mod speċjali fejn jidħlu d-drittijiet tal-ħaddiema u r-rwol tal-unions.

 🎙️ Mistiedna

Cecilia Zammit Endrich
Gabriel Pullicino

🎙️  Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u PaċiKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 21 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »