F’dan l-episodju nitkellmu dwar id-dinja tax-xogħol u l-bidliet il-kbar li rajna f’dan il-qasam f’dawn l-aħħar snin. Ix-xogħol minn dejjem kien qasam li ngħata importanza kbira fit-Tagħlim Soċjali tal-Knisja, b’mod speċjali fejn jidħlu d-drittijiet tal-ħaddiema u r-rwol tal-unions.

 🎙️ Mistiedna

Cecilia Zammit Endrich
Gabriel Pullicino

🎙️  Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi


Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Dan il-progett hu frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet fl-2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, iż-żewġ entitajiet xtaqu li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk iż-żewġ mistiedna huma żgħażagħ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.