Arkivji mensili: Diċembru 2022

In-Nunzju Appostoliku jippreżenta l-kredenzjali lill-President ta’ Malta

  Il-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard

Il-Ħamis 15 ta’ Diċembru 2022 in-Nunzju Appostoliku għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Mons. Savio Hon Tai-Fai, ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta, Dr George Vella, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.

Wara l-preżentazzjoni tal-kredenzjali, in-Nunzju Appostoliku wassal it-tislijiet f’isem il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku lill-President Vella u lill-poplu Malti u Għawdxi. Enfasizza wkoll ir-relazzjonijiet amikevoli u li ilhom għal żmien twil bejn Malta u l-Vatikan.

Il-President Vella fakkar iż-żjara f’Malta mill-Papa Franġisku u qal li l-poplu Malti, kif ukoll id-diversi komunitajiet barranin preżenti, kienu kuntenti ferm li jilqgħu u, f’għadd ta’ każijiet, jiltaqgħu wkoll personalment mal-Qdusija Tiegħu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 16 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 56:1-3a,6-8
Salm: 66 (67):2-3,5,7-8

L-Evanġelju: Ġw 5:33-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan għas-salvazzjoni tagħkom. Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu. Iżda jien għandi xhieda akbar minn dik ta’ Ġwanni; għax l-għemejjel li tani l-Missier biex intemmhom, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel, jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni”… Kompli aqra »

Ma nistgħux inkunu nies bħal qasba tixxejjer mar-riħ – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Il-Kalkara

Photo by Heru Vision L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-domanda li għamel Ġwanni l-Battista hija domanda importanti għalina lkoll f’dan iż-żmien tal-Avvent: “Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?” (Mt 11,3) Id-domanda ta’ Ġwanni hija: Isma’, inti l-Messija ta’ vera jew? U Ġesù, fir-risposta tiegħu, jirreferi għal dak li semgħu u raw: “Morru agħtu lil Ġwanni l-aħbar ta’ dak li qegħdin tisimgħu u taraw: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, il-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu” (Mt 11,4-5)… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Nishru biex inħarsu lil qalbna u nifhmu xi jkun għaddej ġewwa

  Awla Pawlu VI, Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Issa deħlin fil-fażi finali ta’ din il-mixja ta’ katekeżijiet fuq id-dixxerniment. Tlaqna mill-eżempju ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola; imbagħad rajna l-elementi tad-dixxerniment – jiġifieri t-talb, l-għarfien tagħna nfusna, ix-xewqa u l-“ktieb tal-ħajja” –; waqafna fuq id-deżolazzjoni u l-konsolazzjoni, li huma l-“materja” tiegħu; u hekk wasalna għall-konferma tal-għażla li tkun saret.

Inħoss li hu bżonnjuż hawn li nfakkru f’atteġġjament essenzjali biex il-ħidma kollha li tkun saret biex niddixxernu x’inhu l-aħjar u nieħdu d-deċiżjoni t-tajba ma tintilifx, u dan hu l-atteġġjament tas-sahraKompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 15 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 54:1-10
Salm: 29 (30):2 u 4,5-6,11-12a u 13b

L-Evanġelju: Lq 7:24-30

Xħin il-messaġġiera ta’ Ġwanni telqu, Ġesù qabad ikellem lin-nies fuq Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fid-deżert? Qasba tixxejjer mar-riħ? Imma intom xi ħriġtu taraw? Raġel liebes l-ilbies fin? Dawk li jilbsu sabiħ, u jgħixu fit-tlellix, fil-palazzi tas-slaten issibhom! Mela għalfejn ħriġtu? Biex taraw profeta? Iva, ngħidilkom, anzi xi ħaġa iżjed minn profeta… Kompli aqra »

Imam Laiq Ahmed Atif iżur iċ-Ċentri Terapewtiċi ta’ Caritas Malta u jqassam ħelu tal-Milied

L-Imam Laiq Ahmed Atif u l-Komunità Musulmana Ahmadiyya għal darboħra wettqu ġest ta’ solidarjetà u mħabba lejn residenti li bħalissa qed jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni fi ħdan iċ-ċentri terapewtiċi ta’ Caritas Malta.  

Is-Sibt 10 ta’ Diċembru 2022, l-Imam Atif flimkien ma’ rappreżentanti tal-Komunità Musulmana Ahmadiyya, qattgħu nofs ta’ nhar mar-residenti tal-Male Shelter, kif ukoll fil-programm terapewtiku għall-irġiel u għan-nisa f’San Blas. Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya qassmu rigali f’dawn il-ġranet ta’ festi lil kull resident… Kompli aqra »

Il-Papa b’ittra lill-President ta’ Malta fost oħrajn

Il-Papa Franġisku kiteb ittra lill-Kapijiet tal-Istati jitlobhom jagħtu l-maħfra lil priġunieri li “huma eleġibbli li jibbenefikaw minn provediment bħal dan”.

Il-Papa talab għal “ġest ta’ klemenza” għall-priġunieri hekk kif qed joqrob il-Milied.

F’ittra indirizzata lill-Kapijiet tal-Istati, hu stedinhom jagħmlu ġest simboliku “ma’ ħutna li huma mċaħħda mil-libertà tagħhom… biex dan iż-żmien immarkat minn tensjonijiet, inġustizzja u kunflitti jista’ jkun miftuħ għall-grazzja li ġejja mill-Mulej”… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 14 ta’ Diċembru 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »