Yearly Archives: 2022

Live: Quddiesa tal-Ordinazzjoni Djakonali – 30 t’April 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Mejju 2022

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Għarrafthom lil min hu ċkejken – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-festa ta' Santa Katarina ta' Siena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Dawn il-ħwejjeġ…għarrafthom lil min hu ċkejken”. Dan hu l-kliem li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, meta jfaħħar lill-Missier għax “dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken”. Fl-Evanġelju skont San Luqa nsibu din l-istess silta; hemm miktub li Ġesù kien mimli bil-ferħ li ġej mill-Ispirtu s-Santu meta qal dan il-kliem… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 29 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5-2:2
Salm: 102:1-4,8-9,13-14,17-18

L-Evanġelju: Mt 11:25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek… Kompli aqra »

Il-miżuri ta’ prevenzjoni fil-knejjes

Minn nhar it‑Tnejn, 2 ta’ Mejju, il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑COVID‑19 mhux se jibqgħu fis‑seħħ waqt il‑quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil‑preżenza tal‑pubbliku fil‑knejjes. Dan wara t‑tibdil fil‑liġijiet mħabbra mill‑awtoritajiet tas‑saħħa l‑ġimgħa li għaddiet u sakemm ma jinħarġux miżuri oħra.

Hu rrakkomandat li fil‑knejjes jibqa’ jintuża s‑sanitiser speċjalment minn dawk involuti direttament fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, fosthom dawk li jqarbnu. 

L-Insara huma mħeġġa sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd… Kompli aqra »

Il-missjunarju veru hu dak li jpoġġi l-għażla quddiem il-libertà tal-bniedem – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li tinħass ftit stramba li fl-Evanġelju nisimgħu lil Ġesù jitkellem dwar “il-korla ta’ Alla” (Ġw 4:36). Din xi tkun? Ġesù, mhux dak li għallimna l-parabbola tal-Iben il-Ħali; u tad-drakma, li tilfet munita prezzjuża u fittxet d-dar kollha sakemm sabitha u għamlet festa kbira? Mhux dak li jmur ifittex lin-nagħġa l-mitlufa? Mhux dak li jiekol mal-midinbin u mal-pubblikani?

Ġesù jpoġġi quddiemna għażla u l-għażla hi faċli daqskemm hi diffiċli… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 5:27-33
Salm: 33 (34):2 u 9,17-18,19-20

L-Evanġelju: Ġw 3:31-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Dak li hu ġej minn fuq hu fuq kulħadd; min hu mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu ġej mis-sema hu fuq kulħadd u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu jkun wettaq li Alla hu l-verità… Kompli aqra »