Yearly Archives: 2022

Quddiesa tal-Ħadd – 24 t’April 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal Bon Pastur, Ħal Balzan

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Ma felħux jiġbdu x-xibka – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ix-xibka… ma felħux jiġbduha daqskemm qabdu ħut”. Hekk naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann, dan ir-rakkont sabiħ ta’ waħda mid-dehriet ta’ Kristu Rxoxt lid-dixxipli tiegħu. U kienet għalihom tassew sorpriża, għax dawn is-seba’ dixxipli, u Pietru diġà hu l-kap tagħhom hawnhekk, joħorġu jistadu u jagħmlu l-lejl sħiħ u ma jaqbdu xejn. Issa dawn kienu esperti fis-sajd. Imbagħad jaraw lil dan ir-raġel, għall-bidu ma għarfuhx li kien Ġesù, li jgħidilhom, wara li staqsiehom fuq l-ikel: “Waddbu x-xibka fuq in-naħa tal-lemin tad-dgħajsa, u ssibu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Is-Sibt
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:13-21
Salm: 117 (118):1,14-15,16ab-18,19-21

L-Evanġelju: Mk 16:9-15

Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex… Kompli aqra »

Disa’ saċerdoti jfakkru s-60 sena saċerdozju tagħhom

Disa’ saċerdoti Maltin din is-sena qed fakkru l-60 anniversarju mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju. Dan permezz ta’ quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-kappella tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara li hi ddedikata lil Kristu Saċerdot. Ikkonċelebraw l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP, u saċerdoti oħra residenti fid-Dar tal-Kleru.

Is-saċerdoti li ġew ordnati fl-1962 huma: Dun Ġużepp Berry, Mons. Vincent Deguara, Mons. Ġwann Galea, Mons. Lawrence Gatt, Mons… Kompli aqra »

“Tibżgħux tkomplu twasslu l-Aħbar it-Tajba” – L-Arċisqof lis-saċerdoti li qed jiċċelebraw 60 sena saċerdozju

  Dar tal-Kleru, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarijiet li timpressjonani mill-Evanġelju ta’ San Mattew li qrajna llum, hi li jinsisti ħafna fuq li Ġesù kien ittradut għal 30 biċċa tal-fidda, prezz li Ġuda aċċetta bit-transazzjoni li għamel mal-kapijiet biex ikun jista’ jagħtihom lil Ġesù.

Imma anke llum nerġgħu nisimgħu b’dawn l-imberkin flus; il-flus li aċċettaw is-suldati biex jagħtu verżjoni uffiċjali ta’ x’ġara fl-ewwel jum tal-ġimgħa, il-Ħadd… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ April, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ġimgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4:1-12
Salm: 117 (118):1-2 u 4,22-24,25-27a

L-Evanġelju: Ġw 21:1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja huma mħeġġa jużaw il-maskri

Today, the Public Health Authorities published the updated COVID-19 Guidelines for the education sector. These guidelines point out that “evidence to date still shows that wearing a mask is an effective means of preventing viral spread”. The guidelines also state that “each School should adapt these guidelines according to the specific setup of the School itself and in line with any other guidelines as issued from time to time by the Public Health Authorities”… Kompli aqra »

Taħditiet dwar il-beata Armida Barelli

L-Azzjoni Kattolika Maltija se tingħaqad mal-Azzjoni Kattolika Taljana għall-beatifikazzjoni tal-Venerabbli Armida Barelli, fundatriċi tal-Gioventù femminile (Azzjoni Kattolika tat-tfajliet), tal-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa u tal-Istitut Sekolari tal-Missjunarji tar-Regalità ta’ Kristu. 

Għal din l-okkażjoni l-Azzjoni Kattolika Maltija qed torganizza għadd ta’ taħditiet dwarha bl-ewwel waħda mmirata għaż-żgħażagħ. Din se titmexxa minn Emanuela Gitto, il-Viċi-President Nazzjonali tal-Azione Cattolica Italiana għall-fergħa taż-żgħażagħ. It-taħdita se tkun bl-Ingliż u se ssir għada l-Ġimgħa 22 ta’ April fit-7:45pm… Kompli aqra »

Impenn qawwi bħar-riħ li jnaddaf – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa b'suffraġju għal Daphne Caruana Galizia

  Il-Knisja ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għadna kif għexna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù. Hemm osservazzjoni interessanti li jagħmel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tiegħu fuq Ġesù ta’ Nażaret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta’ Ġesù. Hu jitkellem fuq meta Ġesù daħal Ġerusalemm u kien milqugħ b’mod trijonfali min-nies, li bdew jgħajtu: “Osanna, imbierek min ġej f’isem il-Mulej”. Imbagħad, ftit wara, naraw lil Ġesù quddiem Pilatu, u l-folla tgħajjat “Sallbu”, u tagħżel li teħles lill-brigant u ssallab lil Sid il-ħajja… Kompli aqra »